4.10.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 270/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 103/2012
tal-15 ta’ Ġunju 2012
li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness I ta’ mal-Ftehim ġie emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 80/2012 tat-30 ta’ April 2012 (1). |
(2) |
Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1152/2011 tal-14 ta’ Lulju 2011 li jissupplimenta r-Regolament (KE) Nru 998/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar miżuri sanitarji preventivi għall-kontroll tal-infezzjoni Echinococcus multilocularis fil-klieb (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim. |
(3) |
Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1153/2011 tat-30 ta’ Awwissu 2011 li jemenda l-Anness Ib mar-Regolament (KE) Nru 998/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fejn jikkonċerna r-rekwiżiti tekniċi għat-tilqima kontra r-rabja (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim. |
(4) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 2007/43/KE tat-28 ta’ Ġunju 2007 li tistabbilixxi regoli minimi għall-protezzjoni tat-tiġieġ miżmuma għall-produzzjoni tal-laħam (4) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim. |
(5) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/629/UE tal-20 ta’ Settembru 2011 li temenda l-Anness D mad-Direttiva tal-Kunsill 88/407/KEE fir-rigward tal-kummerċ fl-Unjoni fis-semen ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi tal-bovini mibgħut minn ċentri għall-ġbir u l-ħażna tas-semen (5) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim. |
(6) |
Din id-Deċiżjoni tikkonċerna leġiżlazzjoni dwar annimali ħajjin għajr ħut u annimali tal-akwakultura u prodotti tal-annimali bħall-ova, l-embrijuni u s-semen. Il-leġiżlazzjoni li tikkonċerna dawn il-kwistjonijiet ma tapplikax għall-Islanda, kif inhu speċifikat fil-paragrafu 2 tal-Parti Introduttorja tal-Kapitolu I tal-Anness I ta’ mal-Ftehim. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma għandhiex tapplika għall-Islanda. |
(7) |
Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji. Il-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji ma tapplikax għal-Liechtenstein kemm-il darba l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tiġi estiża għal-Liechtenstein, kif inhu speċifikat fl-adattamenti settorjali għall-Anness I ta’ mal-Ftehim. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Kapitolu I tal-Anness I ta’ mal-Ftehim jiġi emendat kif ġej:
1. |
L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 10 (ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) fil-Parti 1.1:
|
2. |
Dan li ġej jiddaħħal wara l-punt 148 (id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/215/UE) fil-Parti 1.2:
|
3. |
L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 7 (id-Direttiva tal-Kunsill 88/407/KEE) fil-Parti 4.1:
|
4. |
L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 6 (id-Direttiva tal-Kunsill 88/407/KEE) fil-Parti 8.1:
|
5. |
Dan il-punt jiddaħħal wara l-punt 12 (id-Direttiva tal-Kunsill 2008/119/KE) fil-Parti 9.1:
|
Artikolu 2
It-testi tar-Regolamenti ta’ Delega (UE) Nru 1152/2011 u (UE) Nru 1153/2011, id-Direttiva 2007/43/KE u d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/629/UE, bil-lingwa Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar is-16 ta’ Ġunju 2012, kemm-il darba n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Ġunju 2012.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
L-Aġent President
Gianluca GRIPPA
(1) ĠU L 248, 13.9.2012, p. 13.
(2) ĠU L 296, 15.11.2011, p. 6.
(3) ĠU L 296, 15.11.2011, p. 13.
(4) ĠU L 182, 12.7.2007, p. 19.
(5) ĠU L 247, 24.9.2011, p. 22.
(*) Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.