13.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 248/35


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 97/2012

tat-30 ta’ April 2012

li temenda l-Anness XX (Ambjent) għall-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XX ta’ mal-Ftehim ġie emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 71/2012 tat-30 ta’ Marzu 2012 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 413/2010 tat-12 ta’ Mejju 2010 li jemenda l-Annessi III, IV u V għar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar vjeġġi ta’ skart sabiex jitqiesu l-bidliet adottati permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-OECD Nru C(2008) 156 (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 32c (ir-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness XX ta’ mal-Ftehim:

“—

32010 R 0413: ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 413/2010 tat-12 ta’ Mejju 2010 (ĠU L 119, 13.5.2010, p. 1).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (UE) Nru 413/2010 bl-ilsien Islandiż u b’dak Norveġiż, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Mejju 2012, dment li jkunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ miegħu.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ April 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

L-Aġent President

Gianluca GRIPPA


(1)  ĠU L 207, 2.8.2012, p. 50.

(2)  ĠU L 119, 13.5.2010, p. 1.

(*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.