13.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 248/32


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 94/2012

tat-30 ta’ April 2012

li temenda l-Anness XI (Komunikazzjoni elettronika, servizzi awdjoviżivi u soċjetà tal-informazzjoni) għall-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XI ta’ mal-Ftehim ġie emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 54/2012 tat-30 ta’ Marzu 2012 (1).

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/766/KE tas-16 ta’ Ottubru 2009 dwar l-armonizzazzjoni tal-meded ta’ frekwenza 900 MHz u 1 800 MHz għal sistemi terrestri li kapaċi jipprovdu servizzi elettroniċi pan-Ewropej ta’ komunikazzjoni fil-Komunità (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punt li ġej għandu jkun miżjud wara l-punt 1 (id-Direttiva tal-Kunsill 87/372/KEE) tal-Anness XI tal-Ftehim:

“1a.

32009 D 0766: id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/766/KE tas-16 ta’ Ottubru 2009 dwar l-armonizzazzjoni tal-meded ta’ frekwenza 900 MHz u 1 800 MHz għal sistemi terrestri li kapaċi jipprovdu servizzi elettroniċi pan-Ewropej ta’ komunikazzjoni fil-Komunità (ĠU L 274, 20.10.2009, p. 32).

Id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni għandhom, għall-finijiet tal-Ftehim preżenti, jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika għal-Liechtenstein mill-2018.”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjoni 2009/766/KE bl-ilsien Islandiż u b’dak Norveġiż, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Mejju 2012, dment li jkunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ miegħu.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ April 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

L-Aġent President

Gianluca GRIPPA


(1)  ĠU L 207, 2.8.2012, p. 34.

(2)  ĠU L 274, 20.10.2009, p. 32.

(*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.