13.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 248/23


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 86/2012

tat-30 ta’ April 2012

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) għall-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II ta’ mal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 47/2012 tat-30 ta’ Marzu 2012 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 362/2011 tat-13 ta’ April 2011 li jemenda l-Anness għar-Regolament (UE) Nru 37/2010 dwar is-sustanzi farmakoloġikament attivi u l-klassifikazzjoni tagħhom fir-rigward tal-limiti massimi ta’ residwu fl-oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali, għal dak li jirrigwarda s-sustanza monepantel (2), għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 363/2011 tat-13 ta’ April 2011 li jemenda l-Anness għar-Regolament (UE) Nru 37/2010 dwar is-sustanzi farmakoloġikament attivi u l-klassifikazzjoni tagħhom fir-rigward tal-limiti massimi ta’ residwu fl-oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali, għal dak li jirrigwarda s-sustanza isoewgenol (3), għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiżi li ġejjin għandhom jiġu miżjuda fil-punt 13 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 37/2010) fil-Kapitolu XIII tal-Anness II għall-Ftehim:

“—

32011 R 0362: ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 362/2011 tat-13 ta’ April 2011 (ĠU L 100, 14.4.2011, p. 26),

32011 R 0363: ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 363/2011 tat-13 ta’ April 2011 (ĠU L 100, 14.4.2011, p. 28).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti (UE) Nru 362/2011 u (UE) Nru 363/2011 fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Mejju 2012, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ miegħu.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ April 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

L-Aġent President

Gianluca GRIPPA


(1)   ĠU L 207, 2.8.2012, p. 27.

(2)   ĠU L 100, 14.4.2011, p. 26.

(3)   ĠU L 100, 14.4.2011, p. 28.

(*1)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.