13.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 248/7


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 77/2012

tat-30 ta’ April 2012

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) għall-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I ta’ mal-Ftehim ġie emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 35/2012 tat-30 ta’ Marzu 2012 (1).

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/93/UE tal-10 ta’ Frar 2011 li temenda d-Deċiżjoni 2009/821/KE fir-rigward tal-listi ta’ postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera u l-unitajiet veterinarji fi Traces (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(3)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/215/UE tal-4 ta’ April 2011 li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE dwar it-trasbord fil-post tal-ispezzjoni fuq il-fruntiera fejn jiddaħħlu l-kunsinni ta’ prodotti maħsuba għall-importazzjoni fl-Unjoni jew għal pajjiżi terzi (3) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(4)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/394/UE tal-1 ta’ Lulju 2011 li temenda d-Deċiżjoni 2009/821/KE fir-rigward tal-lista ta’ postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera u l-unitajiet veterinarji fi Traces (4) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(5)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/215/UE tħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/25/KE (5) li hi inkorporata fil-Ftehim u li konsegwentement għandha titħassar skont il-Ftehim.

(6)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni li tolqot kwistjonijiet veterinarji. Il-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji ma tapplikax għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fi prodotti Agrikoli tiġi estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali għall-Anness I ta’ mal-Ftehim. Din id-Deċiżjoni għalhekk ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim jiġi emendat kif ġej:

1.

It-test tal-punt 87 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/25/KE) fil-Parti 1.2 għandu jitħassar.

2.

L-inċiżi li ġejjin għandhom jiġu miżjuda fil-punt 39 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/821/KE) fil-Parti 1.2:

“—

32011 D 0093: id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/93/UE tal-10 ta’ Frar 2011 (ĠU L 37, 11.2.2011, p. 25),

32011 D 0394: id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/394/UE tal-1 ta’ Lulju 2011 (ĠU L 176, 5.7.2011, p. 45).”

3.

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 149 (ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1152/2011) fil-Parti 1.2:

“150.

32011 D 0215: id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/215/UE tal-4 ta’ April 2011 li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE dwar it-trasbord fil-post tal-ispezzjoni fuq il-fruntiera fejn jiddaħħlu l-kunsinni ta’ prodotti maħsuba għall-importazzjoni fl-Unjoni jew għal pajjiżi terzi (ĠU L 90, 6.4.2011, p. 50).”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjoni 2011/93/UE, tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/215/UE u 2011/394/UE bl-ilsien Islandiż u b'dak Norveġiż, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Mejju 2012, dment li jkunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ miegħu.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ April 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

L-Aġent President

Gianluca GRIPPA


(1)  ĠU L 207, 2.8.2012, p. 2.

(2)  ĠU L 37, 11.2.2011, p. 25.

(3)  ĠU L 90, 6.4.2011, p. 50.

(4)  ĠU L 176, 5.7.2011, p. 45.

(5)  ĠU L 9, 13.1.2000, p. 27.

(*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.