13.9.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 248/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 74/2012
tat-30 ta’ April 2012
li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) għall-Ftehim ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness I tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 35/2012 tat-30 ta’ Marzu 2012 (1). |
(2) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ bhejjem li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju, u l-importazzjoni ta’ tajr u bajd għat-tfaqqis minn pajjiżi terzi (2) għandha tkun inkorporata fil-Ftehim. |
(3) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/214/UE tal-1 ta’ April 2011 li temenda l-Annessi tad-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ bhejjem li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju, u l-importazzjoni ta’ tajr u bajd għat-tfaqqis minn pajjiżi terzi (3) għandha tkun inkorporata fil-Ftehim. |
(4) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/277/UE tal-10 ta’ Mejju 2011 li temenda l-Anness II tad-Deċiżjoni 93/52/KEE fir-rigward tar-rikonoxximent ta’ ċerti reġjuni fl-Italja bħala uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi (B. melitensis) u temenda l-Annessi tad-Deċiżjoni 2003/467/KE fir-rigward tad-dikjarazzjoni li ċerti reġjuni tal-Italja, il-Polonja u r-Renju Unit huma uffiċjalment ħielsa mit-tuberkolożi bovina, il-bruċellożi bovina u l-lewkożi enżootika bovina (4) għandha tkun inkorporatat fil-Ftehim. |
(5) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/674/UE tat-12 ta’ Ottubru 2011 li temenda d-Deċiżjoni 2004/558/KE fir-rigward tal-istatus ħieles mir-rhinotracheitis bovina infettiva ta’ ċerti reġjuni amministrattivi fil-Ġermanja (5) għandha tkun inkorporatat fil-Ftehim. |
(6) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/675/UE tat-12 ta’ Ottubru 2011 li temenda d-Deċiżjoni 2003/467/KE fir-rigward tad-dikjarazzjoni li l-Latvja hija Stat Membru uffiċjalment ħieles mit-tuberkulożi u rigward id-dikjarazzjoni li ċerti reġjuni amministrattivi fil-Portugall huma uffiċjalment ħielsa mil-lewkożi enżootika bovina (6) għandha tkun inkorporatat fil-Ftehim. |
(7) |
Id-Direttiva 2009/158/KE tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/539/KEE (7) li hi inkorporata fil-Ftehim u li għalhekk għandha titħassar skont il-Ftehim. |
(8) |
Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni rigward l-annimali ħajjin għajr il-ħut u l-annimali tal-akwakultura. Il-leġiżlazzjoni li tikkonċerna dawn il-kwistjonijiet ma tapplikax għall-Islanda, kif speċifikat fil-paragrafu 2 tal-Parti Introduttorja tal-Kapitolu I tal-Anness I ta’ mal-Ftehim. Għalhekk, din id-Deċiżjoni m’għandiex tapplika għall-Islanda. |
(9) |
Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni li tolqot kwistjonijiet veterinarji. Il-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji ma tapplikax għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tiġi estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-Adattamenti Settorjali għall-Anness I ta’ mal-Ftehim. Din id-deċiżjoni għalhekk m’għandhiex tapplika għal-Liechtenstein, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:
1. |
It-test tal-punt 4 (id-Direttiva tal-Kunsill 90/539/KEE) fil-Parti 4.1 u l-punt 3 (id-Direttiva tal-Kunsill 90/539/KEE) tal-Parti 8.1 għandha titħassar. |
2. |
Li ġej għandu jkun inserit wara l-punt 4 (id-Direttiva tal-Kunsill 90/539/KEE) fil-Parti 4.1:
|
3. |
Dan li ġej għandu jiġu miżjud fil-punt 14 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/52/KEE) fil-Parti 4.2:
|
4. |
L-inċiżi li ġejjin għandhom jiġu miżjuda fil-punt 70 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/467/KE) fil-Parti 4.2:
|
5. |
L-inċiż li ġej għandu jiżdied fil-punt 80 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/558/KE) fil-Parti 4.2:
|
6. |
Li ġej għandu jkun inserit wara l-punt 3 (id-Direttiva tal-Kunsill 90/539/KEE) fil-Parti 8.1:
|
Artikolu 2
It-testi tad-Direttiva 2009/158/KE, tad-Deċiżjonijiet 2011/214/UE, u tad-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni 2011/277/UE, 2011/674/UE u 2011/675/UE fil-lingwa Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Mejju 2012, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ miegħu.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ April 2012.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
L-Aġent President
Gianluca GRIPPA
(2) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 74.
(4) ĠU L 122, 11.5.2011, p. 100.
(5) ĠU L 268, 13.10.2011, p. 17.
(6) ĠU L 268, 13.10.2011, p. 19.
(7) ĠU L 303, 31.10.1990, p. 6.
(*) L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.