2.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 207/33


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 53/2012

tat-30 ta’ Marzu 2012

li temenda l-Anness IX (Servizzi Finanzjarji) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness IX ta’ mal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 20/2012 tal-10 ta’ Frar 2012 (1).

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/578/UE tat-28 ta’ Settembru 2010 dwar ir-rikonoxximent tal-qafas legali u superviżorju tal-Ġappun bħala ekwivalenti għar-rekwiżiti tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1060/2009 dwar aġenziji li jiggradaw il-kreditu (2) għandha tkun inkorporata f’dan il-Ftehim,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punt li ġej għandu jiżdied wara l-punt 31eb (ir-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness IX għall-Ftehim:

“31ec.

32010 D 0578: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/578/UE tat-28 ta’ Settembru 2010 dwar ir-rikonoxximent tal-qafas legali u superviżorju tal-Ġappun bħala ekwivalenti għar-rekwiżiti tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1060/2009 dwar aġenziji li jiggradaw il-kreditu (ĠU L 254, 29.9.2010, p. 46).”.

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjoni 2010/578/UE bil-lingwa Islandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-31 ta’ Marzu 2012, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*), jew fil-jum tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 20/2012 tal-10 ta’ Frar 2012, skont liema minn dawn tkun l-aktar reċenti.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni ŻEE u fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Marzu 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

L-Aġent President

Gianluca GRIPPA


(1)  ĠU L 161, 21.6.2012, p. 26.

(2)  ĠU L 254, 29.9.2010, p. 46.

(*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


Dikjarazzjoni Konġunta min-naħa tal-Partijiet Kontraenti għad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunta taż-ŻEE Nru 53/2012 tal-30 ta’ Marzu 2012 li tinkorpora d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/578/UE fil-Ftehim

“Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/578/UE tat-28 ta’ Settembru 2010 titratta l-ekwivalenza.għal pajjiżi terzi. L-inkorporazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni hija mingħajr preġudizzju għall-kamp ta’ applikazzjoni tal-Ftehim taż-ŻEE.”