21.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 161/29


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 24/2012

tal-10 ta’ Frar 2012

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XIII ta’ mal-Ftehim kien emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 165/2011 tad-19 ta’ Diċembru 2011 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 201/2011 tal-1 ta’ Marzu 2011 dwar il-mudell ta’ dikjarazzjoni ta’ konformità ma’ tip awtorizzat ta’ vettura ferrovjarja (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punt segwenti jiddaħħal wara l-punt 37de (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/155/UE) tal-Anness XIII ta’ mal-Ftehim:

“37df.

32011 R 0201: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 201/2011 tal-1 ta’ Marzu 2011 dwar il-mudell ta’ dikjarazzjoni ta’ konformità ma’ tip awtorizzat ta’ vettura ferrovjarja (ĠU L 57, 2.3.2011, p. 8).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (UE) Nru 201/2011 bil-lingwa Islandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu pubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-11 ta’ Frar 2012, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ miegħu.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Frar 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

L-Aġent President

Gianluca GRIPPA


(1)  ĠU L 76, 15.3.2012, p. 57.

(2)  ĠU L 57, 2.3.2011, p. 8.

(*)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.