26.4.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 121/5 |
FTEHIM MONETARJU
bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ San Marino
2012/C 121/02
L-UNJONI EWROPEA,
u
R-REPUBBLIKA TA' SAN MARINO,
Billi:
(1) |
Fl-1 ta’ Jannar 1999, l-euro ħadet post il-munita ta’ kull Stat Membru li pparteċipa fit-tielet stadju tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja, fost dawn l-Italja, f’konformità mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 974/98 (1) tat-3 ta’ Mejju 1998. |
(2) |
Qabel l-introduzzjoni tal-euro, l-Italja u r-Repubblika ta’ San Marino kienu kkonkludew arranġamenti bilaterali dwar kwistjonijiet monetarji, fejn l-aħħar wieħed kien il-Convenzione monetaria tra la Repubblica Italiana e la Repubblica di San Marino, li ġiet konkluża fil-21 ta’ Diċembru 1991. |
(3) |
Id-Dikjarazzjoni Nru 6 annessa mal-Att Finali tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea tgħid li l-Komunità għandha tiffaċilita l-innegozjar mill-ġdid tal-arranġamenti eżistenti mar-Repubblika ta’ San Marino skont kif jista’ jkun meħtieġ minħabba l-introduzzjoni tal-munita unika. |
(4) |
Fid-29 ta’ Novembru 2000, ir-Repubblika tal-Italja kkonkludiet Ftehim Monetarju f’isem il-Komunità Ewropea mar-Repubblika ta’ San Marino (2). |
(5) |
Skont dan il-Ftehim Monetarju, ir-Repubblika ta’ San Marino tuża l-euro bħala l-munita uffiċjali tagħha u tagħti status ta' valuta legali lill-karti u l-muniti tal-euro. Għandha tiżgura li r-regoli tal-Unjoni Ewropea (UE) dwar il-karti u l-muniti tad-denominazzjoni tal-euro – inklużi dawk marbutin mal-ħarsien tagħha kontra l-iffalsifikar – ikunu applikabbli fit-territorju tagħha. Ir-Repubblika ta’ San Marino għandha tieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex tiġġieled kontra l-iffalsifikar u tikkoopera mal-Kummissjoni, mal-Bank Ċentrali Ewropew (il-BĊE) u mal-Europol. Sakemm jiġi ffirmat ftehim ta’ kooperazzjoni bejn l-Europol u r-Repubblika ta’ San Marino, ir-Repubblika ta’ San Marino għandha tikkoopera mal-Europol permezz tal-Awtoritajiet Taljani kompetenti f’dan il-qasam. |
(6) |
Ir-Repubblika ta’ San Marino għandha tqis b’mod partikolari r-Rakkomandazzjonijiet tat-Task Force ta’ Azzjoni Finanzjarja (FATF), u notevolment dawk fejn din it-Task Force tistieden lill-membri tagħha u lill-membri ta’ Korpi Reġjonali tat-tip FATF biex japplikaw il-kontramiżuri meħtieġa fil-ġuriżdizzjonijiet identifikati bħala ta’ riskju għoli. Ir-Repubblika ta’ San Marino, li għandha rappreżentanza fil-Kumitat ta' Esperti dwar l-Evalwazzjoni tal-Miżuri ta' Kontra l-Ħasil tal-Flus u l-Iffinanzjar tat-Terroriżmu, tqis b’mod xieraq ir-rakkomandazzjonijiet li saru jew li għad irid isiru fir-rapporti ta’ evalwazzjoni reċiproka fir-rigward tar-Repubblika ta’ San Marino, sabiex ittejjeb ir-rispons tagħha għal theddid ta’ ħasil tal-flus. |
(7) |
Dan il-Ftehim Monetarju ma jimponi ebda obbligu fuq il-BĊE u l-Banek Ċentrali nazzjonali li jinkludu l-istrumenti finanzjarji tar-Repubblika ta’ San Marino fil-lista/i ta’ titoli eliġibbli għall-operazzjonijiet ta’ politika monetarja tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali. |
(8) |
Ir-Repubblika ta’ San Marino għandha settur bankarju li jippretendi li jaħdem aktar mill-qrib ma’ dak taż-żona tal-euro. Għalhekk, sabiex jinħoloq ambjent ta' kundizzjonijiet ekwi, il-leġiżlazzjoni bankarja u finanzjarja rilevanti tal-UE, il-leġiżlazzjoni dwar il-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus, il-prevenzjoni tal-frodi u tal-falsifikazzjoni ta' mezzi ta’ ħlas bi flus mhux kontanti u r-rekwiżiti ta’ rapportar ta’ statistika għandhom isiru applikabbli, b’mod gradat, għar-Repubblika ta’ San Marino. |
(9) |
Għandu jiġi ffurmat Kumitat Konġunt magħmul minn rappreżentanti tar-Repubblika ta’ San Marino, ir-Repubblika tal-Italja, il-Kummissjoni u l-BĊE sabiex jeżamina l-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim, jiddeċiedi kemm ikun il-limitu massimu annwali għall-ħruġ ta' muniti u jevalwa l-miżuri li jittieħdu mir-Repubblika ta’ San Marino għall-implimentazzjoni rilevanti tal-leġiżlazzjoni tal-UE. |
(10) |
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandha tkun il-korp ġudizzjarju inkarigat mis-soluzzjoni ta’ kwalunkwe tilwim li jista’ jinqala’ mill-applikazzjoni tal-Ftehim. |
FTIEHMU KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Ir-Repubblika ta’ San Marino għandha tkun intitolata tuża l-euro bħala l-munita uffiċjali tagħha skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1103/97 tas-17 ta’ Ġunju 1997 dwar ċerti dispożizzjonijiet li jirrigwardaw l-introduzzjoni tal-Euro (3) u r-Regolament (KE) Nru 974/98 tat-3 ta’ Mejju 1998 dwar l-introduzzjoni tal-euro. Ir-Repubblika ta’ San Marino għandha tagħti status ta’ valuta legali lill-karti u l-muniti tal-euro.
Artikolu 2
Ir-Repubblika ta’ San Marino ma għandha toħroġ ebda karti, muniti jew sostituti tal-flus ta' ebda tip sakemm il-kundizzjonijiet għal dan il-ħruġ ma jkunux miftehma mal-Unjoni Ewropea. Il-kundizzjonijiet biex jinħarġu muniti tal-euro mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim huma stipulati fl-Artikoli li ġejjin.
Artikolu 3
Il-limitu massimu annwali (f’terminu ta’ valur) għall-ħruġ tal-muniti tal-euro mir-Repubblika ta’ San Marino għandu jiġi kkalkulat mill-Kumitat Konġunt stabbilit permezz ta’ dan il-Ftehim bħala t-total ta’:
— |
Parti fissa, li l-ammont inizjali tagħha għall-ewwel sena wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim huwa stabbilit għal EUR 2 600 000. Il-Kumitat Konġunt jista’ jirrevedi l-parti fissa kull sena bil-għan li jqis kemm l-inflazzjoni – abbażi tal-inflazzjoni HICP tal-Italja fl-aħħar 12-il xahar li għalihom tkun disponibbli d-dejta fil-ħin li jsir il-kalkolu – kif ukoll ix-xejriet sinifikanti possibbli li jaffettwaw is-suq tal-kollezzjonisti tal-muniti tal-euro; |
— |
Parti varjabbli, li tikkorrispondi għall-valur tal-ħruġ medju per capita ta’ muniti tar-Repubblika tal-Italja fl-aħħar 12-il xahar li għalihom tkun disponibbli d-dejta mmultiplikat bin-numru ta’ abitanti ta’ San Marino. |
Artikolu 4
1. Il-muniti tal-euro maħruġa mir-Repubblika ta’ San Marino għandhom ikunu identiċi għal dawk li jinħarġu mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea li adottaw l-euro f'dak li jikkonċerna l-valur nominali, l-istatus ta’ valuta legali, il-karatteristiċi tekniċi, il-karatteristiċi artistiċi tan-naħa komuni u l-karatteristiċi artistiċi komuni tan-naħa nazzjonali.
2. Ir-Repubblika ta’ San Marino għandha tikkomunika minn qabel l-abbozzi tal-uċuħ nazzjonali tal-muniti euro tagħha lill-Kummissjoni Ewropea, li trid tivverifika l-konformità tagħhom mar-regoli tal-UE.
Artikolu 5
1. Il-muniti tal-euro maħruġin mir-Repubblika ta’ San Marino għandhom jiġu stampati mill-Istituto Poligrafico e Zecca dello Stato tar-Repubblika tal-Italja.
2. B’deroga għall-paragrafu 1, San Marino jista jqabbad Zekka tal-UE biex tistampa muniti oħra tal-euro flok dik imsemmija fil-paragrafu 1, bi qbil mal-Kumitat Konġunt.
3. Mill-inqas 70 % tal-muniti tal-euro li huma maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom jinħarġu fiċ-ċirkolazzjoni bil-valur nominali sa mis-sena ta' wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim. Dan il-proporzjon għandu jilħaq it-80 % wara tliet snin. Għaldaqstant, il-Kumitat Konġunt se jirrevedi b’mod regolari kemm dan il-proporzjon ikun xieraq.
4. Ir-Repubblika ta’ San Marino tista’ toħroġ muniti tal-euro għall-kollezzjonisti. Dawn għandhom ikunu inklużi mal-limitu massimu annwali msemmi fl-Artikolu 3. Il-ħruġ ta’ muniti tal-euro għall-kollezzjonisti, mir-Repubblika ta’ San Marino, għandu jsir skont il-linji gwida tal-Unjoni Ewropea dwar il-muniti tal-euro għall-kollezzjonisti, li jipprovdu fost oħrajn li l-karatteristiċi tekniċi u artistiċi u denominazzjonijiet tal-muniti tal-euro maħruġin għall-kollezzjoni għandhom jippermettu li ssir distinzjoni bejnhom u bejn il-muniti tal-euro li jkunu maħsubin għaċ-ċirkolazzjoni.
Artikolu 6
1. B’konformità mal-Artikolu 128(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-volum tal-muniti tal-euro maħruġin mir-Repubblika ta’ San Marino għandu jiżdied mal-volum tal-muniti maħruġin mill-Italja għall-għan tal-approvazzjoni, mill-BĊE, tal-volum totali tal-ħruġ ta’ muniti mir-Repubblika tal-Italja.
2. Ir-Repubblika ta’ San Marino għandha tavża lill-Kummissjoni Ewropea u lir-Repubblika tal-Italja, mhux aktar tard mill-1 ta’ Settembru ta’ kull sena, dwar il-volum u l-valur nominali tal-muniti tal-euro li jkun biħsiebha toħroġ fis-sena ta’ wara. Għandha tinforma wkoll lill-Kummissjoni Ewropea dwar il-kundizzjonijiet previsti għall-ħruġ ta’ dawn il-muniti, b’mod partikolari dwar il-proporzjon ta’ muniti għall-kollezzjonisti u l-arranġamenti dettaljati għall-introduzzjoni ta’ muniti għaċ-ċirkolazzjoni.
3. Hekk kif jiġi ffirmat dan il-Ftehim, ir-Repubblika ta’ San Marino għandha tikkomunika l-informazzjoni kif imsemmija fil-paragrafu 2 għas-sena ta’ wara d-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim.
Artikolu 7
1. Dan il-Ftehim huwa bla ħsara għad-dritt tar-Repubblika ta’ San Marino li tkompli toħroġ muniti tad-deheb bid-denominazzjoni ta’ scudi.
2. Il-muniti għall-kollezzjonijisti u l-muniti tad-deheb bid-denominazzjoni ta’ scudi li jinħarġu mir-Repubblika ta’ San Marino mhux se jkollhom valuta legali fl-Unjoni Ewropea.
Artikolu 8
1. Ir-Repubblika ta’ San Marino għandha tidħol risponsabbli li tadotta l-miżuri kollha xierqa, permezz ta’ traspożizzjonijiet diretti, jew possibbilment, permezz ta’ azzjonijiet ekwivalenti, bil-għan li timplimenta l-atti legali u r-regoli tal-UE elenkati fl-Anness ma’ dan il-Ftehim, fl-oqsma ta’:
(a) |
il-karti u l-muniti tal-euro; |
(b) |
il-liġi bankarja u finanzjarja, b’mod partikolari fir-rigward tal-attività u s-superviżjoni tal-istituzzjonijiet ikkonċernati; |
(c) |
il-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus, il-prevenzjoni tal-frodi u tal-iffalsifikar ta’ mezzi ta’ pagament kemm ta’ flus kontanti kif ukoll mezzi oħra, ta’ medalji u towkins u r-rekwiżiti ta’ rapportar ta’ statistika. Fir-rigward tal-leġiżlazzjoni dwar il-ġbir ta' informazzjoni statistika, ir-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni u l-adattamenti tekniċi (inkluż id-derogi xierqa fid-dawl tal-istatus speċifiku ta’ San Marino) għandhom jiġu maqbula mal-Bank Ċentrali Ewropew sa mhux aktar tard minn 18-il xahar qabel ma jkun meħtieġ li jinbeda r-rapportar ta’ statistika. |
(d) |
il-miżuri neċessarji għall-użu tal-euro bħala munita unika adottati skont l-Artikolu 133 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea; |
2. Ir-Repubblika ta’ San Marino għandha timplimenta l-atti legali u r-regoli msemmija fil-paragrafu 1 sal-iskadenzi speċifikati fl-Anness, li jibdew jgħoddu hekk kif dan il-Ftehim jidħol fis-seħħ.
3. Il-limitu massimu msemmi fl-Artikolu 3:
(a) |
jitnaqqas awtomatikament u temporanjament b’1/3 jekk u meta data ta’ skadenza speċifikata fl-Anness ma tinżammx, sakemm l-atti legali u r-regoli tal-UE kkonċernati ma jkunux għadhom ġew adottati; |
(b) |
jista’ jitnaqqas temporanjament b’1/2 permezz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata fuq proposta tal-Kummissjoni u wara li jkun sema’ r-rappreżentanti tar-Repubblika ta’ San Marino jekk u meta r-Repubblika ta’ San Marino tonqos għal aktar minn sentejn milli tikkonforma ma' wieħed jew ma' diversi mill-atti legali jew regoli tal-UE elenkati fl-Anness, li hija adottat qabel l-iskadenza stabbilita. |
Il-limitu massimu għandu jittella’ għal-livell normali tiegħu billi tintuża l-istess proċedura, hekk kif ir-Repubblika ta’ San Marino tkun adottat il-miżuri xierqa biex tindirizza l-kwistjonijiet li jkunu wasslu għat-tnaqqis temporanju.
4. Ir-Repubblika ta’ San Marino tista’ titlob għall-assistenza teknika tal-entitajiet li jikkostitwixxu d-delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea sabiex tiffaċilita l-implimentazzjoni rilevanti tal-leġiżlazzjoni tal-UE.
5. L-Anness għandu jiġi emendat mill-Kummissjoni darba kull sena jew, jekk ikun xieraq aktar spiss, bil-għan li jitqiesu dejjem l-atti legali u r-regoli rilevanti ġodda tal-UE, kif ukoll l-emendi għal dawk li diġà jeżistu. Wara li jsir dan, il-Kumitat Konġunt għandu jiddeċiedi dwar id-dati ta’ skadenza xierqa u raġonevoli għall-implimentazzjoni mir-Repubblika ta’ San Marino tal-atti legali u r-regoli ġodda miżjudin mal-Anness.
6. Il-Kumitat Konġunt jista’, f’każijiet eċċezzjonali, jirrevedi d-data ta’ skadenza eżistenti speċifikata fl-Anness.
7. L-Anness aġġornat għandu jiġi ppubblikat f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 9
L-istituzzjonijiet ta’ kreditu u, fejn ikun xieraq, istituzzjonijiet finanzjarji oħra awtorizzati biex iwettqu l-attivitajiet tagħhom fit-territorju tar-Repubblika ta’ San Marino jista’ jkollhom aċċess għas-sistemi ta’ sald u ħlas interbankarji u tat-titoli fiż-żona tal-euro skont termini u kundizzjonijiet xierqa li jiġu deċiżi mill-Bank tal-Italja, bi qbil mal-Bank Ċentrali Ewropew.
Artikolu 10
1. Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandu jkollha l-kompetenza esklussiva biex issolvi t-tilwim kollu li jista' jirriżulta bejn il-partijiet minħabba l-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim u li ma jkunx ġie solvut fi ħdan il-Kumitat Konġunt.
2. Jekk l-Unjoni Ewropea, rappreżentata mill-Kummissjoni Ewropea, filwaqt li tkun qed taġixxi fuq rakkomandazzjoni tad-delegazzjoni tal-UE fil-Kumitat Konġunt, jew ir-Repubblika ta’ San Marino tikkunsidra li l-Parti l-oħra ma tkunx issodisfat xi obbligu skont dan il-Ftehim, din tista’ tressaq il-kwistjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja. Is-sentenza tal-Qorti għandha torbot lill-Partijiet, li għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw mas-sentenza f’perjodu ta’ żmien stabbilit mill-Qorti fis-sentenza tagħha.
Artikolu 11
1. Għandu jiġi stabbilit Kumitat Konġunt. Dan għandu jkun magħmul minn rappreżentanti tar-Repubblika ta’ San Marino u tal-Unjoni Ewropea. Il-Kumitat Konġunt għandu jadotta r-Regoli ta’ Proċedura tiegħu b’kunsens. Id-delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea għandha tkun magħmula minn rappreżentanti tal-Kummissjoni u tar-Repubblika tal-Italja, flimkien mar-rappreżentanti tal-Bank Ċentrali Ewropew.
2. Il-Kumitat Konġunt għandu jiltaqa' mill-inqas darba fis-sena. Il-Presidenza għandha talterna kull sena bejn rappreżentant tal-Unjoni Ewropea u rappreżentant tar-Repubblika ta’ San Marino. Il-Kumitat Konġunt għandu jadotta d-deċiżjonijiet tiegħu b’vot unanimu tal-partijiet.
3. Il-Kumitat Konġunt għandu jaqsam l-opinjonijiet u l-informazzjoni u jadotta d-deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikoli 3, 5 u 8. Għandu jeżamina l-miżuri li jittieħdu mir-Repubblika ta’ San Marino u jagħmel ħiltu biex isolvi kull tilwim li jista’ jinqala’ minħabba l-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim.
4. L-Unjoni Ewropea se tkun l-ewwel li tippresjedi fuq il-Kumitat Konġunt hekk kif dan il-Ftehim jidħol fis-seħħ, kif stipulat fl-Artikolu 13.
Artikolu 12
Dan il-Ftehim jista’ jintemm minn kull waħda mill-Partijiet permezz ta’ notifika minn sena qabel.
Artikolu 13
Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel ġurnata tax-xahar wara d-data li fiha l-Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin li l-proċess tagħhom ta' ratifika, ta' konklużjoni jew ta' adozzjoni, ikun lest skont ir-regoli applikabbli għal kull Parti.
Artikolu 14
Il-Ftehim Monetarju tad-29 ta’ Novembru 2000 għandu jiġi rrevokat mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim. Referenzi għall-Ftehim tad-29 ta’ Novembru 2000 għandhom jiġu mifhuma li jirreferu għal dan il-Ftehim.
Magħmul fi Brussell, fis-27 ta’ Marzu 2012, f'żewġ dokumenti oriġinali bil-lingwa Ingliża.
Għall-Unjoni Ewropea
Olli REHN
Il-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea responsabbli għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-Ewro
Għar-Repubblika ta' San Marino
Antonella MULARONI
Ministru tal-Affarijiet Barranin
(1) ĠU L 139, 11.5.1998, p. 1.
(2) ĠU C 209, 27.7.2001, p. 1.
(3) ĠU L 162, 19.6.1997, p. 1.
ANNESS
DISPOŻIZZJONIJIET LEGALI LI GĦANDHOM JIĠU IMPLIMENTATI |
DATA TA’ SKADENZA GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI (APPLIKABBLI MID-DĦUL FIS-SEĦĦ TAL-FTEHIM) |
||||||||||||||||||||
Il-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus |
|||||||||||||||||||||
Id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2005 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu (ĠU L 309, 25.11.2005, p. 15). Emendata bi:
Issupplimentata bi:
|
Sena waħda |
||||||||||||||||||||
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/642/ĠAI tas-17 ta’ Ottubru 2000 li tikkonċerna l-arranġamenti għall-kooperazzjoni bejn l-unitajiet tal-intelliġenza finanzjarja tal-Istati Membri fir-rigward tal-iskambju tal-informazzjoni (ĠU L 271, 24.10.2000, p. 4). |
Sena waħda |
||||||||||||||||||||
Il-prevenzjoni tal-frodi u tal-iffalsifikar |
|||||||||||||||||||||
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1338/2001 tat-28 ta’ Ġunju 2001 li jistabbilixxi miżuri neċessarji għall-protezzjoni mill-iffalsifikar tal-euro (ĠU L 181, 4.7.2001, p. 6). Emendat bi: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2009 tat-18 ta’ Diċembru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1338/2001 li jistabbilixxi l-miżuri neċessarji għall-protezzjoni kontra l-iffalsifikar tal-euro (ĠU L 17, 22.1.2009, p. 1). |
Sena waħda |
||||||||||||||||||||
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/861/KE tat-8 ta’ Diċembru 2003 li tikkonċerna l-analiżi u l- kooperazzjoni fir-rigward ta' muniti foloz tal-euro (ĠU L 325, 12.12.2003, p. 44). |
Sena waħda |
||||||||||||||||||||
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2182/2004 tas-6 ta’ Diċembru 2004 dwar midalji u tokens simili għall-muniti tal-euro (ĠU L 373, 21.12.2004, p. 1). Emendat bi: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 46/2009 tat-18 ta’ Diċembru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2182/2004 dwar midalji u tokens simili għall-muniti tal-euro (ĠU L 17, 22.1.2009, p. 5). |
Sena waħda |
||||||||||||||||||||
Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2000/383/ĠAI tad-29 ta’ Mejju 2000 dwar iż-żieda fil-protezzjoni permezz ta’ pieni kriminali u sanzjonijiet oħra kontra l-iffalsifikar fid-dawl tad-dħul tal-euro (traduzzjoni mhux uffiċjali) (ĠU L 140, 14.6.2000, p. 1). Emendat bi: Id-Deċiżjoni Kwadru 2001/888/ĠAI tal-Kunsill tas-6 ta’ Diċembru 2001 li temenda d-Deċiżjoni Kwadru Nru 2000/383/ĠAI dwar iż-żieda fil-protezzjoni permezz ta’ pieni kriminali u sanzjonijiet oħra kontra l-iffalsifikar fid-dawl tad-dħul tal-euro (traduzzjoni mhux uffiċjali) (ĠU L 329, 14.12.2001, p. 3). |
Sena waħda |
||||||||||||||||||||
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/887/ĠAI tas-6 ta’ Diċembru 2001 dwar il-protezzjoni tal-euro kontra l-iffalsifikar (ĠU L 329, 14.12.2001, p. 1). |
Sena waħda |
||||||||||||||||||||
Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2001/413/ĠAI tat-28 ta’ Mejju 2001 li tiġġieled frodi u ffalsifikar ta’ mezzi ta’ ħlas bi flus mhux kontanti (ĠU L 149, 2.6.2001, p. 1). |
Sena waħda |
||||||||||||||||||||
Regoli dwar il-karti u l-muniti tal-euro |
|||||||||||||||||||||
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 975/98 tat-3 ta' Mejju 1998 dwar denominazzjonijiet u speċifikazzjonijiet tekniċi tal-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 139, 11.5.1998, p. 6). Emendat bi: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 423/1999 tat-22 Frar 1999 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 975/98 dwar denominazzjonjiet u speċifikazzjonijiet tekniċi tal-muniti euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 52, 27.2.1999, p. 2). |
Sena waħda |
||||||||||||||||||||
Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Mejju 1999 dwar is-sistema għall-immaniġġjar tal-kwalità għall-muniti tal-euro. |
Sena waħda |
||||||||||||||||||||
Konklużjonijiet tal-Kunsill tat-23 ta’ Novembru 1998 u tal-5 ta’ Novembru 2002 dwar il-muniti għall-kollezzjonisti. |
Sena waħda |
||||||||||||||||||||
Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2009/23/KE tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar il-linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni, (C(2008) 8625) (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52). |
Sena waħda |
||||||||||||||||||||
Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2001/C 318/03 tat-22 ta’ Ottubru 2001 dwar il-protezzjoni tad-drittijiet tal-awtur tad-disinn tal-wiċċ komuni tal-muniti tal-euro (C(2001) 600 finali) (ĠU C 318, 13.11.2011, p. 3). |
Sena waħda |
||||||||||||||||||||
Regolament (UE) Nru 1210/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Diċembru 2010 li jikkonċerna l-awtentikazzjoni tal-muniti tal-euro u t-trattament ta' muniti tal-euro li mhumiex tajba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 339, 22.12.2010, p. 1). |
Sena waħda |
||||||||||||||||||||
Il-Linja ta’ gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew BĊE/2003/5 tal-20 ta' Marzu 2003 dwar l-infurzar ta' miżuri kontra r-riproduzzjoni tal-karti tal-flus euro irregolari u dwar il-bdil u l-irtirar tal-karti tal-flus euro (ĠU L 78, 25.3.2003, p. 20). |
Sena waħda |
||||||||||||||||||||
Id-Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew BĊE/2003/4 tal-20 ta’ Marzu 2003 dwar id-denominazzjonijiet, l-ispeċifikazzjonijiet, ir-riproduzzjoni, il-bdil u l-irtirar tal-karti tal-flus euro (ĠU L 78, 25.3.2003, p. 16). |
Sena waħda |
||||||||||||||||||||
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2532/98 tat-23 Novembru 1998 dwar il-poteri tal-Bank Ċentrali Ewropew li jimponi sanzjonijiet (ĠU L 318, 27.11.1998, p. 4-7). |
Sena waħda |
||||||||||||||||||||
(BĊE/2010/14). Id-Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-16 ta’ Settembru 2010 dwar il-verifika tal-awtentiċità u l-kundizzjoni u r-riċirkulazzjoni tal-karti tal-flus tal-euro (ĠU L 267, 9.10.2010, p. 1). |
Sena waħda |
||||||||||||||||||||
Leġiżlazzjoni Bankarja u Finanzjarja |
|||||||||||||||||||||
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/73/KE tal-10 ta’ Awwissu 2006 li timplimenta d-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-rekwiżiti organizzattivi u l-kundizzjonijiet ta' ħidma tal-kumpaniji tal-investiment u t-termini definiti għall-għanijiet ta' dik id-Direttiva (ĠU L 241, 2.9.2006, p. 26-58). |
6 snin |
||||||||||||||||||||
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1287/2006 tal-10 ta’ Awwissu 2006 li jimplimenta d-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-obbligi tad-ditti ta’ investiment li jżommu r-reġistri, ir-rapportaġġ tat-tranżazzjonijiet, it-trasparenza tas-suq, l-ammissjoni tal-istrumenti finanzjarji għan-negozjar, u t-termini ddefiniti għall-finijiet ta’ dik id-Direttiva (ĠU L 241, 2.9.2006, p. 1-25). |
6 snin |
||||||||||||||||||||
Id-Direttiva 1997/5/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Jannar 1997 dwar it-trasferimenti transkonfini ta' kreditu (ĠU L 43, 14.2.1997, p. 25-30). |
6 snin |
||||||||||||||||||||
Id-Direttiva 2006/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 dwar l-adegwatezza kapitali ta’ ditti tal-investiment u istituzzjonijiet ta’ kreditu (riformulazzjoni) (ĠU L 239M, 10.9.2010, p. 201-255). Emendata bi:
|
4 snin |
||||||||||||||||||||
Id-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 rigward il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu (tfassil mill-ġdid) (ĠU L 177, 30.6.2006, p. 1). Emendata bi:
|
4 snin |
||||||||||||||||||||
Id-Direttiva 2009/110/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar il-bidu, l-eżerċizzju u s-superviżjoni prudenzjali tan-negozju tal-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi li temenda d-Direttivi 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 2000/46/KE (ĠU L 267, 10.10.2009, p. 7). |
4 snin |
||||||||||||||||||||
Id-Direttiva 2007/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2007 dwar is-servizzi ta’ ħlas fis-suq intern li temenda d-Direttivi 97/7/KE, 2002/65/KE, 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 97/5/KE (ĠU L 319, 5.12.2007, p. 1). Rettifika tad-Direttiva 2007/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2007 dwar is-servizzi ta’ ħlas fis-suq intern li temenda d-Direttivi 97/7/KE, 2002/65/KE, 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 97/5/KE (ĠU L 319, 5.12.2007) (ĠU L 187, 18.7.2009, p. 5). Emendata bi: Id-Direttiva 2009/111/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 li temenda d-Direttivi 2006/48/KE, 2006/49/KE u 2007/64/KE dwar banek affiljati ma’ istituzzjonijiet ċentrali, ċerti elementi ta’ fondi proprji, espożizzjonijiet kbar, arranġamenti superviżorji u l-ġestjoni tal-kriżijiet (ĠU L 302, 17.11.2009, p. 97). |
4 snin |
||||||||||||||||||||
Id-Direttiva tal-Kunsill 86/635/KEE tat-8 ta' Diċembru 1986 dwar il-kontijiet annwali u l-kontijiet konsolidati ta’ banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn (ĠU L 372, 31.12.1986, p. 1). Rettifika tad-Direttiva tal-Kunsill 86/635/KEE tat-8 ta’ Diċembru 1986 dwar il-kontijiet annwali u l-kontijiet konsolidati ta’ banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn (ĠU L 60, 3.3.1987, p. 17). Emendata bi:
|
4 snin |
||||||||||||||||||||
Id-Direttiva 94/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 1994 dwar skemi ta' garanzija għal depożiti (ĠU L 135, 31.5.1994, p. 5). Emendata bi:
|
4 snin |
||||||||||||||||||||
Id-Direttiva 2001/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ April 2001 fuq ir-riorganizzazzjoni u l-istralċ ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (ĠU L 125, 5.5.2001, p. 15). |
6 snin |
||||||||||||||||||||
Id-Direttiva 89/117/KEE tal-Kunsill tat-13 ta' Frar 1989 dwar l-obbligi ta' fergħat stabbiliti fi Stat Membru, ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u istituzzjonijiet finanzjarji li jkollhom l-uffiċċji ewlenin tagħhom barra dak l-Istat Membru rigward il-pubblikazzjoni ta’ dokumenti tal-kontijiet annwali (ĠU L 44, 16.2.1989, p. 40). |
6 snin |
||||||||||||||||||||
Id-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2002 dwar is-superviżjoni supplimentari ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu, dwar impriżi ta' assigurazzjoni u ditti tal-investiment f'konglomerat finanzjarju, u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill Nru 73/239/KEE, 79/267/KEE, 92/49/KEE, 92/96/KEE, 93/6/KEE u 93/22/KEE u d-Direttivi 98/78/KE u 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 35, 11.2.2003, p. 1). Emendata bi:
|
6 snin |
||||||||||||||||||||
Id-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji li temenda d-Direttivi tal-Kunsill Nru 85/611/KEE u 93/6/KEE u d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE (ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1). Rettifika tad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/611/KEE u 93/6/KEE u d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE (ĠU L 45, 16.2.2005, p. 18). Emendata bi:
Issupplimentata bi:
|
6 snin |
||||||||||||||||||||
Ir-Regolament (KE) Nru 924/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Settembru 2009 dwar il-ħlas transkonfinali fil-Komunità u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2560/2001 (ĠU L 266, 9.10.2009, p. 11). |
6 snin |
||||||||||||||||||||
Id-Direttiva 2002/47/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Ġunju 2002 dwar arranġamenti finanzjarji kollaterali (ĠU L 168, 27.6.2002, p. 43). Emendata bi: Id-Direttiva 2009/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 li temenda d-Direttiva 98/26/KE dwar il-finalità ta' settlement fis-sistemi ta' settlement ta’ pagamenti u titoli u d-Direttiva 2002/47/KE dwar arranġamenti finanzjarji kollaterali rigward sistemi konnessi u talbiet għal kreditu (ĠU L 146, 10.6.2009, p. 37). |
6 snin |
||||||||||||||||||||
Ir-Rakkommandazzjoni tal-Kummissjoni 97/489/KE tat-30 ta' Lulju 1997 dwar it-transazzjonijiet permezz ta' strumenti elettroniċi ta' ħlas u b'mod partikolari r-relazzjoni bejn min joħroġ u l-pussessur (ĠU L 208, 2.8.1997, p. 52). |
6 snin |
||||||||||||||||||||
Id-Direttiva 97/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Marzu 1997 dwar skemi ta' kumpens għall-investitur (ĠU L 84, 26.3.1997, p. 22). |
6 snin |
||||||||||||||||||||
Id-Direttiva 98/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Mejju 1998 dwar finalità ta' settlement fis-sistemi ta' settlement ta' pagamenti u titoli (ĠU L 166, 11.6.1998, p. 45). Emendata bi:
|
6 snin |
||||||||||||||||||||
Id-Direttiva 2010/78/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li temenda d-Direttivi 98/26/KE, 2002/87/KE, 2003/6/KE, 2003/41/KE, 2003/71/KE, 2004/39/KE, 2004/109/KE, 2005/60/KE, 2006/48/KE, 2006/49/KE u 2009/65/KE fir-rigward tas-setgħat tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea), l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) u l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 120). |
4 snin |
||||||||||||||||||||
Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12). |
4 snin |
||||||||||||||||||||
Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84). |
4 snin |
||||||||||||||||||||
Ir-Regolament (UE) Nru 1092/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar is-sorveljanza makroprudenzjali tal-Unjoni tas-sistema finanzjarja u li jistabbilixxi Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 1). |
4 snin |
||||||||||||||||||||
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1096/2010 tas-17 ta’ Novembru 2010 li jagħti lill-Bank Ċentrali Ewropew kompiti speċifiċi rigward il-funzjonament tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 162). |
4 snin |
||||||||||||||||||||
Leġiżlazzjoni dwar il-ġbir ta’ informazzjoni statistika (l-Artikolu 6.1 tal-mandat) |
|||||||||||||||||||||
Ir-Regolament (KE) Nru 25/2009 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta' Diċembru 2008 dwar il-karta tal-bilanċ tas-settur tal-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (Riformulazzjoni) (BĊE/2008/32) (ĠU L 15, 20.1.2009, p. 14). Emendat bi: Ir-Regolament (UE) Nru 883/2011 tal-25 ta’ Awwisu 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 25/2009 dwar il-karta tal-bilanċ tas-settur tal-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (Riformulazzjoni) (BĊE/2008/32) (ĠU L 228, 3.9.2011, p. 13). |
4 snin |
||||||||||||||||||||
Ir-Regolament (KE) Nru 63/2002 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-20 ta’ Diċembru 2001 dwar statistika fuq rati ta' imgħax applikati mill-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji għal depożiti u self għal familji u korporazzjonijiet mhux finanzjarji (BĊE/2001/18) (ĠU L 10, 12.1.2002, p. 24). Emendat bi:
|
4 snin |
||||||||||||||||||||
Il-Linja gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew BĊE/2007/9 tal-1 ta’ Awwissu 2007 fuq statistika monetarja, ta’ istituzzjonijiet finanzjarji u tas-suq (riformulazzjoni) (ĠU L 341, 27.12.2007, p. 1). Rettifika tal-Linja gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew BĊE/2007/9 tal-1 ta’ Awwissu 2007 fuq statistika monetarja, ta’ istituzzjonijiet finanzjarji u tas-suq (riformulazzjoni) (ĠU L 84, 26.3.2008, p. 393). Emendata bi:
|
4 snin |
||||||||||||||||||||
Il-Linja gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew BĊE/2007/7 tal-21 ta' Novembru 2002 dwar ir-rapporti tal-istatistika meħtieġa mill-Bank Ċentrali Ewropew fil-qasam tal-kontijiet finanzjarji għal kull kwart tas-sena (ĠU L 334, 11.12.2002, p. 24). Emendata bi:
|
4 snin |