19.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 302/1


Notifika dwar id-dħul fis-seħħ tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-protezzjoni tad-denominazzjonijiet tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel, li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ ta’ prodotti agrikoli

Il-proċeduri meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-protezzjoni tad-denominazzjonijiet tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel, li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ ta’ prodotti agrikoli (1), iffirmat fi Brussell fis-17 ta’ Mejju 2011, ġew ikkompletati fil-21 ta’ Ottubru 2011. Konsegwentement, dan il-Ftehim ser jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Diċembru 2011, f’konformità mal-Artikolu 3(3) tiegħu.


(1)  ĠU L 297, 16.11.2011, p. 3.