6.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 261/1


Informazzjoni dwar il-konklużjoni tal-Protokoll li jagħti l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja prevista mill-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Demokratika ta’ São Tomé u Príncipe

L-Unjoni Ewropea infurmat lill-Gvern tar-Repubblika Demokratika ta’ São Tomé u Príncipe dwar l-approvazzjoni tagħha, fit-12 ta’ Lulju 2011, tal-Protokoll li jagħti l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja prevista mill-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd fi Brussell fit-13 ta’ Lulju 2011.

Fit-28 ta’ Awwissu 2011, ir-Repubblika Demokratika ta’ São Tomé u Príncipe infurmat bil-miktub lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar it-tlestija tal-proċeduri tagħha meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tal-Protokoll.

Għaldaqstant, skont l-Artikolu 14 tal-Protokoll, dan daħal fis-seħħ fid-29 ta’ Awwissu 2011.