19.8.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 241/1 |
Memorandum ta’ Ftehim bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-Organizzazzjoni għas-Saħħa tal-Annimali (OIE) dwar ir-relazzjonijiet ġenerali tagħhom
2011/C 241/01
Il-KUMMISSJONI EWROPEA, minn hawn ’il quddiem imsejħa “il-Kummissjoni”, u
L-ORGANIZZAZZJONI DINJIJA GĦAS-SAĦĦA TAL-ANNIMALI,
minn hawn ’il quddiem imsejħa “l-OIE”,
DETERMINATI li
— |
Ikomplu jiżviluppaw aktar il-kooperazzjoni tagħhom li ġiet stabbilita formalment fl-iskambju ta' ittri bejn il-Kummissjoni u l-OIE fl-2004 u mwessgħa matul is-snin riċenti, |
BILLI:
— |
Il-Kummissjoni ngħatat status ta' osservatur fl-OIE, |
— |
Fl-2010 ġie konkluż, bejn il-Kummissjoni u l-OIE, qafas ta' ftehim bil-għan li jiġi addattat il-Ftehim dwar il-Kontribuzzjoni Standard u li jissimplifika n-negozjati kuntrattwali ta' ftehimiet individwali speċifiċi għall-kontribuzzjoni, |
— |
Il-Kummissjoni u l-OIE beħsiebhom ikomplu jiżviluppaw iktar il-kooperazzjoni tagħhom, u b'mod speċjali jagħrfu l-ħtieġa li jiskambjaw l-informazzjoni permezz ta' proċeduri aktar formalizzati, xi ħaġa li diġà rrikonoxxew fi skambju ta' ittri fl-2010, |
FTIEHMU DAN LI ĠEJ:
1. |
Il-Kummissjoni tipprovdi “punt ta' kuntatt” għat-temi tekniċi u speċjalisti kollha li jolqtu lill-OIE. Dan il-punt ta' kuntatt għandu jinżamm mid-direttur tal-Kummissjoni responsabbli għas-saħħa tal-annimali u l-benesseri tagħhom. |
2. |
|
3. |
|
4. |
|
Magħmul duplikatament fi Brussell, it-18 ta’ Awwissu 2011.
Għall-Kummissjoni Ewropea
John DALLI
Membru tal-Kummissjoni
Għall-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali
Bernard VALLAT
Id-Direttur Ġenerali