26.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 138/1


Informazzjoni rigward id-data ta’ dħul fis-seħħ tal-Konvenzjoni dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, iffirmata f’Lugano fit-30 ta’ Ottubru 2007

Il-Konvenzjoni dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (1), iffirmata f’Lugano fit-30 ta’ Ottubru 2007, daħħlet fis-seħħ bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera fl-1 ta’ Jannar 2011 u bejn l-Unjoni Ewropea u l-Islanda fl-1 ta’ Mejju 2011, f’konformità mal-Artikolu 69(5) tal-Konvenzjoni.


(1)  ĠU L 147, 10.6.2009, p. 1. Ir-rapport ta' spjegazzjoni li jikkonċerna il-konvenzjoni kien ippubblikat fil-ĠU C 319, 23.12.2009, p. 1.