11.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 37/1


Informazzjoni dwar id-data tal-firma tal-Protokoll li jagħti l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja prevista mill-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tas-Seychelles

L-Unjoni Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tas-Seychelles iffirmaw il-Protokoll li jagħti l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja prevista mill-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd fi Brussell fit-18 ta’ Jannar 2011.

Għaldaqstant, il-Protokoll japplika fuq bażi provviżorja mit-18 ta’ Jannar 2011 skont l-Artikolu 13 tiegħu.