15.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 76/40


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 155/2011

tat-2 ta’ Diċembru 2011

li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u partikolarment l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XX ta’ mal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 122/2011 tal-21 ta’ Ottubru 2011 (1).

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/894/KE tat-30 ta’ Novembru 2009 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-ekotikketta Komunitarja għall-għamara tal-injam (2), kif emendata mill-ĠU L 209, 17.8.2011, p. 62 għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punt li ġej jiġi mdaħħal wara l-punt 2zc (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/742/KE) tal-Anness XX tal-Ftehim:

“2zd.

32009 D 0894: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/894/KE tat-30 ta’ Novembru 2009 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-ekotikketta Komunitarja għall-għamara tal-injam, (ĠU L 320, 5.12.2009, p. 23) kif emendata mill-ĠU L 209, 17.8.2011, p. 62.”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjoni 2009/894/KE, kif emendati mill-ĠU L 209, 17.8.2011, p. 62, fil-lingwa Islandiża u f’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-3 ta’ Diċembru 2011, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ miegħu.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Kurt JÄGER


(1)  ĠU L 341, 22.12.2011, p. 87.

(2)  ĠU L 320, 5.12.2009, p. 23.

(*)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.