15.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 76/38


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 154/2011

tat-2 ta’ Diċembru 2011

li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u partikolarment l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XX tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 122/2011 tal-21 ta’ Ottubru 2011 (1).

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/742/KE tad-9 ta’ Novembru 2007 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-ekotikketta Komunitarja lill-pompi tas-sħana mħaddma bl-elettriku, bil-gass jew bl-assorbiment tal-gass (2), għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/888/KE tat-30 ta’ Novembru 2009 li temenda d-Deċiżjonijiet Nru 2002/741/KE, 2002/747/KE, 2003/200/KE, 2005/341/KE, 2005/342/KE, 2005/343/KE, 2005/344/KE, 2005/360/KE, 2006/799/KE, 2007/64/KE, 2007/506/KE u 2007/742/KE sabiex ittawwal il-validità tal-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta Komunitarja lil ċerti prodotti (3) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness XX ta’ mal-Ftehim jiġi emendat kif ġej:

1.

Dan li ġej jiġi miżjud ma’ punti 2d (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/799/KE), 2da (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/64/KE) u 2y (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/506/KE):

“, kif emendat permezz ta’:

32009 D 0888: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/888/KE tat-30 ta’ Novembru 2009 (ĠU L 318, 4.12.2009, p. 43).”

2.

L-inċiż li ġej jiġi miżjud fil-punti 2e (id-Deċiżjoni tal-Kumissjoni 2003/200/KE), 2o (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/747/KE), 2q (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/341/KE), 2r (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/342/KE), 2s (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/343/KE), 2t (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/344/KE), 2u (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/360/KE) u 2x (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/741/KE):

“—

32009 D 0888: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/888/KE tat-30 ta’ Novembru 2009 (ĠU L 318, 4.12.2009, p. 43).”

3.

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 2zb (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/18/KE):

“2zc.

32007 D 0742: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/742/KE tad-9 ta’ Novembru 2007 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-ekotikketta Komunitarja lill-pompi tas-sħana mħaddma bl-elettriku, bil-gass jew bl-assorbiment tal-gass (ĠU L 301, 20.11.2007, p. 14), kif emendata permezz ta’:

32009 D 0888: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/888/KE tat-30 ta’ Novembru 2009 (ĠU L 318, 4.12.2009, p. 43).”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjonijiet 2007/742/KE u 2009/888/KE fil-lingwi tal-Islanda u tan-Norveġja, li għandhom ikunu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-3 ta’ Diċembru 2011, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment ŻEE ta’ miegħu.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Kurt JÄGER


(1)  ĠU L 341, 22.12.2011, p. 87.

(2)  ĠU L 301, 20.11.2007, p. 14.

(3)  ĠU L 318, 4.12.2009, p. 43.

(*)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.