15.3.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 76/30 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 146/2011
tat-2 ta’ Diċembru 2011
li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u partikolarment l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness XIII tal-Ftehim kien emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 120/2011 tat-21 ta’ Ottubru 2011 (1). |
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1158/2010 tad-9 ta’ Diċembru 2010 dwar metodu komuni ta’ sikurezza għall-valutazzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti sabiex jinkisbu ċertifikati tas-sikurezza ferrovjarja (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 42ee (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1169/2010) tal-Anness XIII mal-Ftehim:
“42ef. |
32010 R 1158: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1158/2010 tad-9 ta’ Diċembru 2010 dwar metodu komuni ta’ sikurezza għall-valutazzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti sabiex jinkisbu ċertifikati tas-sikurezza ferrovjarja (ĠU L 326, 10.12.2010, p. 11).” |
Artikolu 2
It-testi tar-Regolament (UE) Nru 1158/2010 li għandhom jiġu ppubblikati fl-ilsien Islandiż u dak Norveġiż, fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-3 ta’ Diċembru 2011, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Diċembru 2011.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Kurt JÄGER
(1) ĠU L 341, 22.12.2011, p. 85.
(2) ĠU L 326, 10.12.2010, p. 11.
(*) Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.