15.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 76/24


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 140/2011

tat-2 ta’ Diċembru 2011

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XIII tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 120/2011 tal-21 ta’ Ottubru 2011 (1).

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/C 135/03 tal-4 ta’ Mejju 2011 dwar l-istabbiliment ta’ Grupp Konsultattiv Ewropew dwar l-STI (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 17k (id-Direttiva 2010/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) fl-Anness XIII tal-Ftehim:

“17ka.

32011 D 0505(01): Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/C 135/03 tal-4 ta’ Mejju 2011 dwar l-istabbiliment ta’ Grupp Konsultattiv Ewropew dwar l-STI (ĠU C 135, 5.5.2011, p. 3).”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/C 135/03 fil-lingwa Islandiża u f’dik Norveġiża, li se jkunu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-3 ta’ Diċembru 2011, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*), jew fil-jum tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 102/2011 tat-30 ta’ Settembru 2011 (3), skont liema minn dawn tkun l-aktar reċenti.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni se tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ miegħu.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Kurt JÄGER


(1)  ĠU L 341, 22.12.2011, p. 85.

(2)  ĠU C 135, 5.5.2011, p. 3.

(*)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.

(3)  ĠU L 318, 1.12.2011, p. 40.