15.3.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 76/19 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 134/2011
tat-2 ta’ Diċembru 2011
li temenda l-Anness VII (Rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali) tal-Ftehim taż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u partikolarment l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness VII ta’ mal-Ftehim kien emendat mid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 95/2009 tal-25 ta’ Settembru 2009 (1). |
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 213/2011 tat-3 ta’ Marzu 2011 li jemenda l-Annessi II u V ta’ mad-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali (2) għandu jkun inkorporat fil-Ftehim. |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 1 (id-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) fl-Anness VII tal-Ftehim:
“— |
32011 R 0213: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 213/2011 tat-3 ta’ Marzu 2011 (ĠU L 59, 4.3.2011, p. 4).” |
Artikolu 2
It-testi tar-Regolament (UE) Nru 213/2011 fil-lingwa Islandiża u f'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-3 ta’ Diċembru 2011, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni tkun ippubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ miegħu.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Diċembru 2011.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Kurt JÄGER
(1) ĠU L 304, 19.11.2009, p. 6.
(*) Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.