15.3.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 76/3 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 124/2011
tat-2 ta’ Diċembru 2011
li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u partikolarment l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness I ta’ mal-Ftehim ġie emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 112/2011 tal-21 ta’ Ottubru 2011 (1). |
(2) |
L-Anness II ta’ mal-Ftehim kien emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 115/2011 tal-21 ta’ Ottubru 2011 (2). |
(3) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 16/2011 tal-10 ta’ Jannar 2011 li jistabbilixxi miżuri ta’ implimentazzjoni għas-sistema ta’ twissija bikrija għall-ikel u l-għalf (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim. |
(4) |
Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar il-kwistjonijiet veterinarji u l-oġġetti tal-ikel. Il-leġiżlazzjoni li tikkonċerna l-kwistjonijiet veterinarji u l-oġġetti tal-ikel ma tapplikax għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali għall-Anness I u fl-introduzzjoni għall-Kapitolu XII tal-Anness II. Għalhekk, din id-Deċiżjoni m'għandhiex tapplika għal-Liechtenstein, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness I ta’ mal-Ftehim jiġi emendat kif ġej:
1. |
Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 53 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 200/2010) fil-Parti 7.2 tal-Kapitolu I:
|
2. |
Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 47 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 669/2009) tal-Kapitolu II:
|
Artikolu 2
Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 54zzzzzl (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/169/UE) tal-Kapitolu XII tal-Anness II ta’ mal-Ftehim:
“54zzzzzm. |
32011 R 0016: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 16/2011 tal-10 ta’ Jannar 2011 li jistabbilixxi miżuri ta’ implimentazzjoni għas-sistema ta’ twissija bikrija għall-ikel u l-għalf (ĠU L 6, 11.1.2011, p. 7).” |
Artikolu 3
It-testi tar-Regolament (UE) Nru 16/2011 fil-lingwa Islandiża u f'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-3 ta’ Diċembru 2011, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Diċembru 2011.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Kurt JÄGER
(1) ĠU L 341, 22.12.2011, p. 72.
(2) ĠU L 341, 22.12.2011, p. 78.
(*) Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.