|
22.12.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 341/80 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 116/2011
tal-21 ta’ Ottubru 2011
li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness II tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 96/2011 tat-30 ta’ Settembru 2011 (1). |
|
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 143/2011 tas-17 ta’ Frar 2011 li jemenda l-Anness XIV għar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (“REACH”) (2) kif korrett bil-ĠU L 49, 24.2.2011, p. 52, għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim. |
|
(3) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 207/2011 tat-2 ta’ Marzu 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH) fir-rigward tal-Anness XVII (Ossidu ta’ difenil, derivat tal-pentabromo u PFOS) (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim. |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-inċiżi li ġejjin għandhom jiżdiedu f’punt 12zc (Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu XV tal-Anness II tal-Ftehim:
|
“— |
32011 R 0143: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 143/2011 tas-17 ta’ Frar 2011 (ĠU L 44, 18.2.2011, p. 2), kif korrett bil-ĠU L 49, 24.2.2011, p. 52, |
|
— |
32011 R 0207: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 207/2011 tat-2 ta’ Marzu 2011 (ĠU L 58, 3.3.2011, p. 27).” |
Artikolu 2
It-testi tar-Regolamenti (UE) Nru 143/2011, kif korretti bil-ĠU L 49, 24.2.2011, p. 52 u (UE) Nru 207/2011 bil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom ikunu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Novembru 2011, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Ottubru 2011.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Kurt JÄGER
(1) ĠU L 318, 1.12.2011, p. 34.
(*1) L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.