22.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 341/74


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 113/2011

tal-21 ta’ Ottubru 2011

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tal-Ftehim kien emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 66/2011 tal-1 ta’ Lulju 2011 (1).

(2)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/74/KE tat-18 ta’ Lulju 2008 li temenda, fir-rigward tal-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi, id-Direttiva 2005/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva 2005/78/KE (2), għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(3)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/1/KE tas-7 ta’ Jannar 2009 li temenda, għall-finijiet tal-adattament tagħha għall-progress tekniku, id-Direttiva 2005/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-possibbiltajiet tal-użu mill-ġdid, tar-riċiklaġġ u tal-irkupru tagħhom (3), għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(4)

Id-Direttiva 2009/67/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar l-installazzjoni ta’ apparati tad-dawl u li jagħmlu sinjal bid-dawl fuq vetturi bil-mutur b'żewġ jew bi tliet roti (4), għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(5)

Id-Direttiva 2009/78/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar stands ta’ vetturi bil-mutur b'żewġ roti (5), għandha tkun inkorporata fil-Ftehim.

(6)

Id-Direttiva 2009/67/KE tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/92/KEE (6) li hi inkorporata fil-Ftehim u li għalhekk għandha titħassar skont il-Ftehim.

(7)

Id-Direttiva 2009/78/KE tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/31/KEE (7) li hi inkorporata fil-Ftehim u li għalhekk għandha titħassar skont il-Ftehim,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu I tal-Anness II mal-Ftehim jiġi emendat kif ġej:

1.

It-test tal-punt 45k (id-Direttiva tal-Kunsill 93/31/KEE) u tal-punt 45o (id-Direttiva tal-Kunsill 93/92/KEE) jitħassar.

2.

Dan li ġej jiżdied fil-punt 45zn (id-Direttiva 2005/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“kif emendat bi:

32009 L 0001: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/1/KE tas-7 ta’ Jannar 2009 (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 31).”

3.

L-inċiż segwenti jiżdied fil-punt 45zl (id-Direttiva 2005/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) u fil-punt 45zo (id-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/78/KE):

“—

32008 L 0074: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/74/KE tat-18 ta’ Lulju 2008 (ĠU L 192, 19.7.2008, p. 51).”

4.

Il-punti li ġejjin jiżdiedu wara l-punt 45zu (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008):

“45zv.

32009 L 0067: Id-Direttiva 2009/67/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar l-installazzjoni ta’ apparati tad-dawl u li jagħmlu sinjal bid-dawl fuq vetturi bil-mutur b'żewġ jew bi tliet roti (ĠU L 222, 25.8.2009, p. 1).

45zw.

32009 L 0078: Id-Direttiva 2009/78/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar stands ta’ vetturi bil-mutur b'żewġ roti (ĠU L 231, 3.9.2009, p. 8).”

Artikolu 2

It-testi tad-Direttivi 2008/74/KE, 2009/1/KE, 2009/67/KE u 2009/78/KE bil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom ikunu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Novembru 2011, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Ottubru 2011.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Kurt JÄGER


(1)  ĠU L 262, 6.10.2011, p. 20.

(2)  ĠU L 192, 19.7.2008, p. 51.

(3)  ĠU L 9, 14.1.2009, p. 31.

(4)  ĠU L 222, 25.8.2009, p. 1.

(5)  ĠU L 231, 3.9.2009, p. 8.

(6)  ĠU L 311, 14.12.1993, p. 1.

(7)  ĠU L 188, 29.7.1993, p. 19.

(*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.