1.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 318/36


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 98/2011

tat-30 ta’ Settembru 2011

li temenda l-Anness XI (Komunikazzjoni elettronika, servizzi awdjoviżwali u soċjetà tal-informatika) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikulari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XI tal-Ftehim kien emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 79/2011 tal-1 ta’ Lulju 2011 (1).

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummisjoni 2009/343/KE tal-21 ta’ April 2009 li temenda d-Deċiżjoni 2007/131/KE dwar il-permess ta’ użu tal-ispektrum ta’ frekwenzi tar-radju, għal apparat li juża teknoloġija ultra-wideband b’mod armonizzat fil-Komunità (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/381/KE tat-13 ta’ Mejju 2009 li temenda d-Deċiżjoni 2006/771/KE dwar l-armonizzazzjoni tal-ispettru tar-radju għall-użu ma’ tagħmir għal meded qosra (3) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness XI tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

Dan li ġej għandu jiżdied mal-punt 5cw (Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/131/KE) ta’

“, kif emendat permezz ta’:

32009 D 0343: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/343/KE tal-21 ta’ April 2009 (ĠU L 105, 25.4.2009, p. 9).”

2.

Dan l-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-punt 5cz (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/771/KE):

“—

32009 D 0381: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/381/KE tat-13 ta’ Mejju 2009 (ĠU L 119, 14.5.2009, p. 32).”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjonijiet 2009/343/KE u 2009/381/KE fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li jkunu pubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Ottubru 2011, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Settembru 2011.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Kurt JÄGER


(1)  ĠU L 262, 6.10.2011, p. 50.

(2)  ĠU L 105, 25.4.2009, p. 9.

(3)  ĠU L 119, 14.5.2009, p. 32.

(*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.