1.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 318/31


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 94/2011

tat-30 ta' Settembru 2011

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa 'l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikulari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tal-Ftehim ġie emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 63/2011 tal-1 ta' Lulju 2011 (1).

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/7/UE tas-7 ta' Jannar 2011 li temenda l-Anness XI għad-Direttiva tal-Kunsill 2003/85/KE fir-rigward tal-lista tal-laboratorji awtorizzati li jimmaniġġjaw il-vajrus ħaj tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(3)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni rigward l-annimali ħajjin għajr il-ħut u l-annimali tal-akwakultura. Il-leġiżlazzjoni li tikkonċerna dawn il-kwistjonijiet ma tapplikax għall-Islanda, kif speċifikat fil-paragrafu 2 tal-Parti Introduttorja tal-Kapitolu I tal-Anness I ta' mal-Ftehim. Għalhekk, din id-Deċiżjoni m'għandhiex tkun applikata għall-Islanda.

(4)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni li tolqot kwistjonijiet veterinarji. Il-leġiżlazzjoni li tikkonċerna l-kwistjonijiet veterinarji ma tapplikax għall-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tiġi estiża għall-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattazzjonijiet settorjali għall-Anness I. Għalhekk, din id-Deċiżjoni m’għandiex tkun applikata għall-Liechtenstein,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud fil-punt 1a (id-Direttiva tal-Kunsill 2003/85/KE) fil-Parti 3.1 tal-Kapitolu I tal-Anness I għall-Ftehim:

“—

32011 D 0007: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/7/UE tas-7 ta’ Jannar 2011 (ĠU L 5, 8.1.2011, p. 27).”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjoni 2011/7/UE fl-ilsien Norveġiż, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali ta l-Unjoni Ewropea, huma awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Ottubru 2011, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Settembru 2011.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Kurt JÄGER


(1)   ĠU L 262, 6.10.2011, p. 16.

(2)   ĠU L 5, 8.1.2011, p. 27.

(*1)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.