6.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 262/65


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 93/2011

tal-20 ta’ Lulju 2011

li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikulari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XX tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 87/2011 tal-1 ta’ Lulju 2011 (1).

(2)

Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/389/UE tat-30 ta’ Ġunju 2011 dwar il-kwantità ta’ kwoti madwar l-Unjoni msemmija fl-Artikolu 3e(3) (a) sa (d) tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(3)

B’konformità mal-Anness XX tal-Ftehim, taħt il-punt 21al (id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill), adattament (be), sottoparagrafu 1, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA ipprovdiet ċifri għan-numru totali ta’ kwoti, in-numru ta’ kwoti li jridu jiġu irkantati, in-numru ta’ kwoti fir-riżerva speċjali u n-numru ta’ kwoti b’xejn rigward titjiriet fi ħdan u bejn it-territorji tal-Istati tal-EFTA u titjiriet bejn l-Istati tal-EFTA u pajjiżi terzi. Dawn iċ-ċifri ġew determinati aritmetikament miċ-ċifri dwar emissjonijiet storiċi mill-avjazzjoni stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 87/2011 tal-1 ta’ Lulju 2011 billi ġew applikati l-istess persentaġġi li kienu ġew użati biex jiġu kkalkulati ċifri għan-numru totali ta’ kwoti madwar l-Unjoni, in-numru ta’ kwoti li jridu jiġu irkantati madwar l-Unjoni, in-numru ta’ kwoti fir-riżerva speċjali madwar l-Unjoni u n-numru ta’ kwoti b’xejn madwar l-Unjoni.

(4)

Skont l-istess test ta’ adattament, il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE għandu jiddeċiedi fuq iċ-ċifri madwar iż-ŻEE għan-numru totali ta’ kwoti, in-numru ta’ kwoti li jridu jiġu irkantati, in-numru ta’ kwoti fir-riżerva speċjali u n-numru ta’ kwoti b’xejn, billi jiġu magħduda flimkien iċ-ċifri relevanti rigward titjiriet fi ħdan u bejn it-territorji tal-Istati tal-EFTA u titjiriet bejn l-Istati tal-EFTA u pajjiżi terzi maċ-ċifri madwar l-Unjoni stipulati fl-Artikoli 1 sa 4 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/389/UE,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dan il-punt li ġej għandu jidħol wara l-punt 21apb (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/149/UE) tal-Anness XX mal-Ftehim:

“21apc.

32011 D 0389: Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/389/UE tat-30 ta’ Ġunju 2011 dwar il-kwantità ta’ kwoti madwar l-Unjoni msemmija fl-Artikolu 3e(3) (a) sa (d) tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità (ĠU L 173, 17.7.2011, p. 13).

Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni għandhom jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

(a)

Il-paragrafi li ġejjin għandhom jiżdiedu fl-Artikolu 1(1):

‘In-numru totali ta kwoti msemmija fl-Artikolu 3c(1) tad-Direttiva 2003/87/KE relatat mal-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2012 rigward titjiriet fi ħdan u bejn it-territorji tal-Istati tal-EFTA u titjiriet bejn l-Istati tal-EFTA u pajjiżi terzi huwa ta’ 1 885 617.

In-numru totali ta’ kwoti madwar iż-ŻEE msemmija fl-Artikolu 3c(1) tad-Direttiva 2003/87/KE relatat mal-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2012 huwa ta’ 214 777 670.’

(b)

Il-paragrafi li ġejjin għandhom jiżdiedu fl-Artikolu 1(2):

‘In-numru totali ta’ kwoti msemmija fl-Artikolu 3c(2) tad-Direttiva 2003/87/KE relatat ma’ kull sena tal-perjodu li jibda fl-1 ta’ Jannar 2013 rigward titjiriet fi ħdan u bejn it-territorji tal-Istati tal-EFTA u titjiriet bejn l-Istati tal-EFTA u pajjiżi terzi huwa ta’ 1 846 738.

In-numru totali ta’ kwoti madwar iż-ŻEE msemmija fl-Artikolu 3c(2) tad-Direttiva 2003/87/KE relatat ma’ kull sena tal-perjodu li jibda fl-1 ta’ Jannar 2013 huwa ta’ 210 349 264.’

(ċ)

Il-paragrafi li ġejjin għandhom jiżdiedu fl-Artikolu 2(1):

‘In-numru totali ta’ kwoti msemmija fl-Artikolu 3d(1) tad-Direttiva 2003/87/KE relatat mal-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2012 rigward titjiriet fi ħdan u bejn it-territorji tal-Istati tal-EFTA u titjiriet bejn l-Istati tal-EFTA u pajjiżi terzi huwa ta’ 282 843.

In-numru totali ta’ kwoti madwar iż-ŻEE msemmija fl-Artikolu 3d(1) tad-Direttiva 2003/87/KE relatat mal-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2012 huwa ta’ 32 216 651.’

(d)

Il-paragrafi li ġejjin għandhom jiżdiedu fl-Artikolu 2(2):

‘In-numru totali ta’ kwoti msemmija fl-Artikolu 3d(2) tad-Direttiva 2003/87/KE relatat ma’ kull sena tal-perjodu li jibda fl-1 ta’ Jannar 2013 rigward titjiriet fi ħdan u bejn it-territorji tal-Istati tal-EFTA u titjiriet bejn l-Istati tal-EFTA u pajjiżi terzi huwa ta’ 277 011.

In-numru totali ta’ kwoti madwar iż-ŻEE msemmija fl-Artikolu 3d(2) tad-Direttiva 2003/87/KE relatat ma’ kull sena tal-perjodu li jibda fl-1 ta’ Jannar 2013 huwa ta’ 31 552 390.’

(e)

Il-paragrafi li ġejjin għandhom jiżdiedu fl-Artikolu 3:

‘In-numru totali ta’ kwoti msemmija fl-Artikolu 3f(1) tad-Direttiva 2003/87/KE relatat mar-riserva speċjali rigward titjiriet fi ħdan u bejn it-territorji tal-Istati tal-EFTA u titjiriet bejn l-Istati tal-EFTA u pajjiżi terzi huwa ta’ 443 216.

In-numru totali ta’ kwoti madwar iż-ŻEE msemmija fl-Artikolu 3f(1) tad-Direttiva 2003/87/KE relatat mar-riserva speċjali huwa ta’ 50 483 824.’

(f)

Il-paragrafi li ġejjin għandhom jiżdiedu fl-Artikolu 4(1):

‘In-numru totali ta’ kwoti msemmija fl-Artikolu 3e(3)(d) tad-Direttiva 2003/87/KE relatat mal-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2012 rigward titjiriet fi ħdan u bejn it-territorji tal-Istati tal-EFTA u titjiriet bejn l-Istati tal-EFTA u pajjiżi terzi huwa ta’ 1 602 774.

In-numru totali ta’ kwoti madwar iż-ŻEE msemmija fl-Artikolu 3e(3)(d) tad-Direttiva 2003/87/KE relatat mal-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2012 huwa ta’ 182 561 019.’

(g)

Il-paragrafi li ġejjin għandhom jiżdiedu fl-Artikolu 4(2):

‘In-numru totali ta’ kwoti msemmija fl-Artikolu 3e(3)(d) tad-Direttiva 2003/87/KE relatat ma’ kull sena tal-perjodu li jibda fl-1 ta’ Jannar 2013 rigward titjiriet fi ħdan u bejn it-territorji tal-Istati tal-EFTA u titjiriet bejn l-Istati tal-EFTA u pajjiżi terzi huwa ta’ 1 514 325.

In-numru totali ta’ kwoti madwar iż-ŻEE msemmija fl-Artikolu 3e(3)(d) tad-Direttiva 2003/87/KE relatat ma’ kull sena tal-perjodu li jibda fl-1 ta’ Jannar 2013 huwa ta’ 172 486 396.’ ”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjoni 2011/389/UE fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-21 ta’ Lulju 2011, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Lulju 2011.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Kurt JÄGER


(1)  Ara paġna 59 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(2)  ĠU L 173, 17.7.2011, p. 13.

(*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.