|
6.10.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 262/64 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 92/2011
tad-19 ta’ Lulju 2011
li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim taż-ŻEE, dwar kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi li ma jaqgħux taħt l-erba’ libertajiet
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikoli 86 u 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-Protokoll 31 għall-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 68/2007 tal-15 ta’ Ġunju 2007 (1). |
|
(2) |
Huwa xieraq li l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti fir-rigward tal-Ftehim tiġi estiża sabiex tinkludi d-Deċiżjoni Nru 1041/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi programm ta’ kooperazzjoni fil-qasam awdjoviżiv ma’ professjonisti minn pajjiżi terzi (MEDIA Mundus) (2). |
|
(3) |
Il-Protokoll 31 għall-Ftehim għandu għalhekk jiġi emendat sabiex din l-estensjoni ta’ kooperazzjoni tkun tista’ sseħħ mill-1 ta’ Jannar 2011, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-inċiż li ġej jiżdied mal-Artikolu 9(4) tal-Protokoll 31 għall-Ftehim:
|
“— |
32009 D 1041: Id-Deċiżjoni Nru 1041/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 21 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi programm ta’ kooperazzjoni fis-settur awdjoviżiv ma’ professjonisti minn pajjiżi terzi (MEDIA Mundus) (ĠU L 288, 4.11.2009, p. 10). Il-Liechtenstein għandu jingħata eżenzjoni mill-parteċipazzjoni fi, u milli jħallas kontribut finanzjarju għal, dan il-programm.” |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-aħħar notifika lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim (*1).
Għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2011.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Lulju 2011.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Kurt JÄGER
(1) ĠU L 304, 22.11.2007, p. 52.
(2) ĠU L 288, 4.11.2009, p. 10.
(*1) L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.