|
6.10.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 262/63 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 91/2011
tad-19 ta’ Lulju 2011
li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim taż-ŻEE, dwar kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi li ma jaqgħux taħt l-erba’ libertajiet
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikoli 86 u 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-Protokoll 31 għall-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 96/2010 tat-2 ta’ Lulju 2010 (1). |
|
(2) |
Huwa xieraq li titkompla l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim f’azzjonijiiet tal-Unjoni ffinanzjati mill-baġit ġenerali tal-Unjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni, l-operat u l-iżvilupp tas-suq intern. |
|
(3) |
Il-Protokoll 31 għall-Ftehim għandu għalhekk jiġi emendat sabiex din il-kooperazzjoni estiża tkompli wara l-31 ta’ Diċembru 2010, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Artikolu 7 tal-Protokoll 31 għall-Ftehim b’dan huwa emendat kif ġej:
|
1. |
Il-kliem “is-snin 2004, 2005, 2006, 2007, 2008, 2009 u 2010” fil-paragrafu 6 għandhom jiġu ssostitwiti bil-kliem “is-snin 2004, 2005, 2006, 2007, 2008, 2009, 2010 u 2011”. |
|
2. |
Il-kliem “is-snin 2006, 2007, 2008, 2009 u 2010” fil-paragrafu 7 għandhom jiġu ssostitwiti bil-kliem “is-snin 2006, 2007, 2008, 2009, 2010 u 2011”. |
|
3. |
Il-kliem “is-snin 2008, 2009 u 2010” fil-paragrafu 8 għandhom jiġu ssostitwiti bil-kliem “is-snin 2008, 2009, 2010 u 2011”. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-aħħar notifika lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim (*1).
Għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2011.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Lulju 2011.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Kurt JÄGER
(1) ĠU L 277, 21.10.2010, p. 53.
(*1) L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali mhuma indikati.