6.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 262/54


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 83/2011

tal-1 ta’ Lulju 2011

li temenda l-Anness XVI (Akkwist) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XVI tal-Ftehim kien emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 14/2010 tad-29 ta’ Jannar 2010 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1150/2009 tal-10 ta’ Novembru 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1564/2005 dwar formoli standard għall-pubblikazzjoni ta’ avviżi fil-qafas ta’ proċeduri ta’ akkwist pubbliku skont id-Direttivi tal-Kunsill 89/665/KEE u 92/13/KEE (2), għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1177/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 li jemenda d-Direttivi 2004/17/KE, 2004/18/KE u 2009/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-limiti ta’ applikazzjonijiet għall-proċeduri tal-għoti tal-kuntratti (3), għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(4)

Id-Direttiva 2007/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2007 li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/665/KEE u 92/13/KEE fir-rigward tat-titjib fl-effettività ta’ proċeduri ta’ reviżjoni dwar l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi (4), għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness XVI tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiż li ġej għandu jiżdied fil-punt 2 (id-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) u fil-punt 4 (id-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“—

32009 R 1177: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1177/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 (ĠU L 314, 1.12.2009, p. 64).”

2.

Dan li ġej għandu jiddaħħal fil-punt 5 (id-Direttiva tal-Kunsill 89/665/KEE):

“ , kif emendat permezz ta’:

32007 L 0066: Id-Direttiva 2007/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2007 (ĠU L 335, 20.12.2007, p. 31).”

3.

It-test fl-adattament (b) tal-punt 5 (id-Direttiva tal-Kunsill 89/665/KEE) għandu jiġi sostitwit bit-test li ġej:

“Ir-referenza għall-‘Artikolu 234 tat-Trattat’ fl-Artikolu 2(9) għandha tiġi sostitwita, għall-Istati tal-EFTA, bir-referenza għall-‘Artikolu 34 tal-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar it-twaqqif ta’ Awtorità tas-Sorveljanza u Qorti tal-Ġustizzja’.”

4.

L-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-punt 5a (id-Direttiva tal-Kunsill 92/13/KEE):

“—

32007 L 0066: Id-Direttiva 2007/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2007 (ĠU L 335, 20.12.2007, p. 31).”

5.

It-test fl-adattament (b) tal-punt 5a (id-Direttiva tal-Kunsill 92/13/KEE) għandu jiġi sostitwit bit-test li ġej:

“Ir-referenza għall-‘Artikolu 234 tat-Trattat’ fl-Artikolu 2(9) għandha tiġi sostitwita, għall-Istati tal-EFTA, bir-referenza għall-‘Artikolu 34 tal-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar it-twaqqif ta’ Awtorità tas-Sorveljanza u Qorti tal-Ġustizzja.”

6.

It-test fl-adattament (c) u (d) fil-punt 5a (id-Direttiva tal-Kunsill 92/13/KEE) u fl-Appendiċi 14 (L-AWTORITAJIET NAZZJONALI LI JISTGĦU JIĠU INDIRIZZATI LILHOM TALBIET GĦALL-APPLIKAZZJONI TAL-PROĊEDURA TA’ KONĊILJAZZJONI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 9 TAD-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 92/13/KEE) għandu jitħassar.

7.

L-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-punt 6c (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1564/2005):

“—

32009 R 1150: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1150/2009 tal-10 ta’ Novembru 2009 (ĠU L 313, 28.11.2009, p. 3).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti (KE) Nru 1150/2009 u (KE) Nru 1177/2009, u tad-Direttiva 2007/66/KE fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-2 ta’ Lulju 2011, sakemm in-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Lulju 2011.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Kurt JÄGER


(1)  ĠU L 101, 22.4.2010, p. 24.

(2)  ĠU L 313, 28.11.2009, p. 3.

(3)  ĠU L 314, 1.12.2009, p. 64.

(4)  ĠU L 335, 20.12.2007, p. 31.

(*)  Ir-rekwiżiti kostituzzjonali huma indikati.