|
6.10.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 262/44 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 77/2011
tal-1 ta’ Lulju 2011
li temenda l-Anness IX (Servizzi Finanzjarji) tal-Ftehim taż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness IX tal-Ftehim ġie emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 120/2010 tal-10 ta’ Novembru 2010 (1). |
|
(2) |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2010/16/UE tad-9 ta’ Marzu 2010 li temenda d-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-esklużjoni ta’ ċerta istituzzjoni mill-ambitu tal-applikazzjoni (2), għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-punt 14 (id-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) fl-Anness IX tal-Ftehim:
|
“— |
32010 L 0016: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2010/16/UE tad-9 ta’ Marzu 2010 (ĠU L 60, 10.3.2010, p. 15).” |
Artikolu 2
It-testi tad-Direttiva 2010/16/UE fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-2 ta’ Lulju 2011, sakemm in-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Lulju 2011.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Kurt JÄGER
(2) ĠU L 60, 10.3.2010, p. 15.
(*1) L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.