|
6.10.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 262/16 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 63/2011
tal-1 ta’ Lulju 2011
li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim taż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness I tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 115/2010 tal-10 ta’ Novembru 2010 (1). |
|
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummisjoni (UE) Nru 1142/2010 tas-7 ta’ Diċembru 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1266/2007 fir-rigward tal-perjodu tal-applikazzjoni tal-miżuri tranżizzjonali li jikkonċernaw il-kundizzjonijiet għall-eżenzjoni ta’ ċerti annimali mill-projbizzjoni fuq il-ħruġ stipulata fid-Direttiva tal-Kunsill 2000/75/KE (2) għandu jkun inkorporat fil-Ftehim. |
|
(3) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/591/UE tal-1 ta’ Ottubru 2010 li tawtorizza lil laboratorju fir-Russja jwettaq testijiet seroloġiċi biex jissorvelja l-effettività tat-tilqim tar-rabbja (3) għandha tkun inkorporata fil-Ftehim. |
|
(4) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/91/UE tal-10 ta’ Frar 2011 li tawtorizza lil laboratorju fir-Repubblika tal-Korea jwettaq testijiet seroloġiċi biex jissorvelja l-effettività tat-tilqim tar-rabbja (4) għandha tkun inkorporata fil-Ftehim. |
|
(5) |
Din id-Deċiżjoni m’għandhiex tapplika għall-Islanda u għal-Liechtenstein, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:
|
1. |
L-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-punt 40 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1266/2007) fil-Parti 3.2:
|
|
2. |
Il-punti li ġejjin għandhom jiddaħħlu wara l-punt 94 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/221/UE) fil-Parti 4.2:
|
Artikolu 2
It-testi tar-Regolament (UE) Nru 1142/2010 u tad-Deċiżjonijiet 2010/591/UE u 2011/91/UE fil-lingwa Norveġiża, li għandhom ikunu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Ufficjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-2 ta’ Lulju 2011, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Lulju 2011.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Kurt JÄGER
(2) ĠU L 322, 8.12.2010, p. 20.
(3) ĠU L 260, 2.10.2010, p. 21.
(4) ĠU L 37, 11.2.2011, p. 18.
(*1) L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.