28.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 196/41


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 58/2011

tal-20 ta’ Mejju 2011

li temenda l-Anness XXI (Statistiċi) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XXI tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 46/2011 tal-1 ta’ April 2011 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1157/2010 tad-9 ta’ Diċembru 2010 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1177/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jirrigwarda l-istatistika Komunitarja dwar l-introjtu u l-kundizzjonijiet tal-għajxien (UE-SILC) fir-rigward tal-lista tal-2012 ta’ fatturi varjabbli sekondarji fil-mira dwar il-kundizzjonijiet tad-djar (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1227/2010 tal-20 ta’ Diċembru 2010 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1055/2008 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 184/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ kriterji tal-kwalità u rappurtar tal-kwalità għall-istatistiċi ta’ bilanċ tal-pagamenti (3) għandu jiġi inkorporat mal-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-Anness XXI tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-Punt 18ia (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 481/2010):

“18ib.

32010 R 1157: Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1157/2010 tad-9 ta’ Diċembru 2010 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1177/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jirrigwarda l-istatistika Komunitarja dwar l-introjtu u l-kundizzjonijiet tal-għajxien (UE-SILC) fir-rigward tal-lista tal-2012 ta’ fatturi varjabbli sekondarji fil-mira dwar il-kundizzjonijiet tad-djar (ĠU L 326, 10.12.2010, p. 3).”

2.

Dan li ġej għandu jiġi miżjud mal-Punt 19sb (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1055/2008):

“, kif emendat permezz ta’:

32010 R 1227: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1227/2010 tal-20 ta’ Diċembru 2010 (ĠU L 336, 21.12.2010, p. 15).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti (UE) Nri 1157/2010 u 1227/2010 fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-21 ta’ Mejju 2011, sakemm in-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Supplement taż-ŻEE tiegħu.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Mejju 2011.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

L-Aġent President

Gianluca GRIPPA


(1)  ĠU L 171, 30.6.2011, p. 47.

(2)  ĠU L 326, 10.12.2010, p. 3.

(3)  ĠU L 336, 21.12.2010, p. 15.

(*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.