|
22.1.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 19/40 |
DEĊIŻJONI Nru 1/2011 TAL-KUMITAT KONĠUNT BEJN L-UE U L-ISVIZZERA
tal-14 ta’ Jannar 2011
li temenda t-Tabelli III u IV(b) tal-Protokoll 2 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera fir-rigward ta’ prodotti agrikoli proċessati
(2011/46/UE)
IL-KUMITAT KONĠUNT,
Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn il-Kumitat Ekonomiku Ewropew u l-Konfederazzjoni Svizzera, iffirmat fi Brussell fit-22 ta’ Lulju 1972 (1) minn hawn ’il quddiem imsemmi ‘il-Ftehim’, kif emendat bil-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera li jemenda l-Ftehim fir-rigward tad-dispożizzjonijiet applikabbli għal prodotti agrikoli proċessati (2) ffirmat fil-Lussemburgu fis-26 ta’ Ottubru 2004, u l-Protokoll 2 tiegħu, u b’mod partikolari l-Artikolu 7 ta’ dak il-Protokoll,
Billi:
|
(1) |
Għall-implimentazzjoni tal-Protokoll 2 tal-Ftehim, il-prezzijiet domestiċi ta’ referenza ġew stabbiliti għall-Partijiet Kontraenti. |
|
(2) |
Il-prezzijiet reali nbidlu fis-swieq domestiċi tal-Partijiet Kontraenti fir-rigward ta’ materji primi li għalihom huma applikati miżuri ta’ kumpens għall-prezzijiet. |
|
(3) |
Għalhekk huwa meħtieġ li jiġu aġġornati l-prezzijiet ta’ referenza u l-ammonti elenkati fit-Tabelli III u IV(b) tal-Protokoll 2 skont dan. |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Protokoll 2 tal-Ftehim huwa emendat kif ġej:
|
(a) |
It-Tabella III hija sostitwita bit-test stabbilit fl-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni |
|
(b) |
It-Tabella IV, il-punt (b) hija sostitwita bit-test stabbilit fl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ dakinhar li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Din għandha tapplika mill-1 ta’ Frar 2011.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Jannar 2011.
Għall-Kumitat Konġunt
Il-President
M. O'SULLIVAN
ANNESS 1
“TABELLA III
Il-prezzijiet domestiċi ta’ referenza tal-UE u l-Isvizzera
|
Agrikultura Materja prima |
Prezz domestiku ta’ referenza għall-Isvizzera |
Prezz domestiku ta’ referenza għall-UE |
L-Artikolu 4(1) Applikat fuq in-naħa tal-Isvizzera. Id- Differenza fil-prezz ta’ referenza UE/Svizzera |
L-Artikolu 3(3) Applikat fuq in-naħa tal-UE. Id- Differenza fil-prezz ta’ referenza UE/Svizzera |
|
CHF kull 100 kg nett |
CHF kull 100 kg nett |
CHF kull 100 kg nett |
EUR kull 100 kg nett |
|
|
Qamħ komuni |
48,05 |
28,20 |
19,85 |
0,00 |
|
Qamħ durum |
— |
— |
1,20 |
0,00 |
|
Segala |
41,45 |
27,40 |
14,05 |
0,00 |
|
Xgħir |
— |
— |
— |
— |
|
Qamħirrun |
— |
— |
— |
— |
|
Qamħ komuni |
97,00 |
54,50 |
42,50 |
0,00 |
|
Trab tal-ħalib |
611,55 |
362,40 |
249,15 |
0,00 |
|
Trab tal-ħalib xkumat |
428,95 |
297,60 |
131,35 |
0,00 |
|
Butir |
1 055,15 |
480,10 |
575,05 |
0,00 |
|
Zokkor abjad |
— |
— |
— |
— |
|
Bajd |
— |
— |
38,00 |
0,00 |
|
Patata friska |
43,20 |
28,60 |
14,60 |
0,00 |
|
Xaħam veġetali |
— |
— |
170,00 |
0,00 ” |
ANNESS II
“TABELLA IV
|
(b) |
L-ammonti bażiċi għal materji prima tal-agrikoltura li ġew ikkunsidrati għall-kalkolu tal-komponenti agrikoli:
|