30.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 171/44


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 43/2011

tal-1 ta’ April 2011

li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ‘l quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XX tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 126/2010 tal-10 ta’ Novembru 2010 (1).

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/450/KE tat-8 ta’ Ġunju 2009 dwar l-interpretazzjoni dettaljata tal-attivitajiet tal-avjazzjoni elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) għandha tiġi inkorporata f’dan il-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Dan il-punt li ġej għandu jidħol wara l-punt 21ap (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/381/KE) tal-Anness XX mal-Ftehim:

“21apa.

32009 D 0450: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/450/KE tat-8 ta’ Ġunju 2009 dwar l-interpretazzjoni dettaljata tal-attivitajiet tal-avjazzjoni elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 149, 12.6.2009, p. 69).”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjoni 2009/450/KE fl-ilsien Islandiż u f’dak Norveġiż, li se jiġu ppubblikati fis-Supplimet taż-ŻEE ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-2 ta’ April 2011, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*), jew fil-jum tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 6/2011 tal-1 ta’ April 2011 (3), liema minnhom tkun l-aktar tard. Fil-każ li d-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 6/2011 tal-1 ta’ April 2011 tkun diġà daħlet fis-seħħ iżda n-notifiki skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu għadhom ma sarux, din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-aħħar notifika lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ April 2011.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

L-Aġent President

Gianluca GRIPPA


(1)  ĠU L 58, 3.3.2011, p. 84.

(2)  ĠU L 149, 12.6.2009, p. 69.

(*)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.

(3)  ĠU L 93, 7.4.2011, p. 35.