30.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 171/30


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 30/2011

tal-1 ta’ April 2011

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ‘l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I mal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 116/2010 tal-10 ta’ Ottubru 2010 (1).

(2)

L-Anness II mal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 100/2010 tal-1 ta’ Ottubru 2010 (2).

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 765/2010 tal-25 ta’ Awwissu 2010 li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta’ residwu għal chlorothalonil clothianidin, difenoconazole, fenhexamid, flubendiamide, nikotina, spirotetramat, thiacloprid u thiamethoxam f’ċerti prodotti jew fuqhom (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(4)

Din id-Deċiżjoni ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej għandu jiżdied fil-punt 40 (ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu II tal-Anness I mal-Ftehim:

“—

32010 R 0765: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 765/2010 tal-25 ta’ Awwissu 2010 (ĠU L 226, 28.8.2010, p. 1).”

Artikolu 2

L-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-punt 54zzy (ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim:

“—

32010 R 0765: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 765/2010 tal-25 ta’ Awwissu 2010 (ĠU L 226, 28.8.2010, p. 1).”

Artikolu 3

It-testi tar-Regolament (UE) Nru 765/2010, li għandhom jiġu ppubblikati fl-ilsien Islandiż u f’dak Norveġiż, fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-1 ta’ Mejju 2011, sakemm in-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ miegħu.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ April 2011.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

L-Aġent President

Gianluca GRIPPA


(1)  ĠU L 58, 3.3.2011, p. 73.

(2)  ĠU L 332, 16.12.2010, p. 50.

(3)  ĠU L 226, 28.8.2010, p. 1.

(*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.