17.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 369/1


FTEHIM MONETARJU

bejn l-Unjoni Ewropea u l-Prinċipat ta’ Andorra

2011/C 369/01

L-UNJONI EWROPEA, rappreżentata mill-Kummissjoni Ewropea,

u

IL-PRINĊIPAT TA’ ANDORRA,

Billi:

(1)

Fl-1 ta’ Jannar 1999, l-euro ssostitwixxa l-munita ta’ kull wieħed mill-Istati Membri b'sehem fit-tielet stadju tal-Unjoni ekonomika u monetarja, fosthom Spanja u Franza, skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 974/98 tat-3 ta’ Mejju 1998.

(2)

Qabel il-konklużjoni ta’ dan il-Ftehim, il-Prinċipat ta’ Andorra ma kellux munita uffiċjali, u ma kien ikkonkluda l-ebda ftehim monetarju ma' Stat Membru jew pajjiż terz. Il-karti tal-flus u l-muniti Spanjoli u Franċiżi kellhom valuta de facto f'Andorra, u mill-1 ta' Jannar 2002 ġew issostitwiti mill-karti tal-flus u l-muniti tal-euro. Barra minn hekk, il-Prinċipat ta' Andorra ħareġ ċerti muniti f'dinari għall-kollezzjonisti.

(3)

Skont dan il-Ftehim monetarju, l-euro huwa l-munita uffiċjali tal-Prinċipat ta’ Andorra. Għaldaqstant, il-Prinċipat ta’ Andorra għandu d-dritt joħroġ muniti tal-euro, u għandu l-obbligu li jagħti saħħa legali lill-karti tal-flus u l-muniti tal-euro maħruġin mill-Eurosistema u mill-Istati Membri li adottaw l-euro. Il-Prinċipat ta’ Andorra għandu jiggarantixxi li r-regoli tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-karti tal-flus u l-muniti tal-euro –inklużi r-regoli marbutin mal-ħarsien tal-euro mill-falsifikar– jiġu applikati fit-territorju tiegħu.

(4)

Il-Prinċipat ta’ Andorra għandu settur bankarju sinifikanti li jopera mill-qrib ma' dak taż-żona tal-euro. Għaldaqsant, sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet iktar indaqs, jeħtieġ li jsiru progressivament applikabbli fil-Prinċipat ta’ Andorra d-dispożizzjonijiet leġiżlattivi relevanti tal-UE fl-oqsma bankarju u finanzjarju, dawk relatati mal-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus, mal-prevenzjoni tal-frodi u tal-falsifikar tal-mezzi ta' ħlas mingħajr flus kontanti, kif ukoll l-obbligu ta’ rappurtar ta’ dejta statistika.

(5)

Dan il-Ftehim ma jobbliga bl-ebda mod lill-BĊE u lill-banek ċentrali nazzjonali li jinkludu l-istrumenti finanzjarji tal-Prinċipat ta' Andorra fil-lista/i tat-titoli eliġibbli għall-operati ta’ politika monetarja tal-Eurosistema.

(6)

Għandu jitwaqqaf kumitat konġunt, magħmul minn rappreżentanti tal-Prinċipat ta’ Andorra u tal-Unjoni Ewropea, sabiex jeżamina l-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim, jiddetermina l-limitu annwali għall-ħruġ ta' muniti, u jivvaluta l-miżuri meħudin mill-Prinċipat ta’ Andorra biex jimplimenta l-leġiżlazzjoni relevanti tal-UE. Id-delegazzjoni tal-UE għandha tkun magħmula minn rappreżentanti tal-Kummissjoni Ewropea, tar-Renju ta’ Spanja, tar-Repubblika Franċiża u tal-Bank Ċentrali Ewropew.

(7)

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandha tkun il-korp responsabbli għas-soluzzjoni tat-tilwim li jista' jinqala' mill-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim,

FTIEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Prinċipat ta’ Andorra huwa awtorizzat li juża l-euro bħala l-munita uffiċjali tiegħu, skont ir-Regolamenti (KE) Nru 1103/97 u (KE) Nru 974/98. Il-Prinċipat ta’ Andorra għandu jagħti valuta legali lill-karti tal-flus u l-muniti tal-euro.

Artikolu 2

1.   Il-Prinċipat ta’ Andorra ma għandux joħroġ karti tal-flus. Il-kundizzjonijiet biex joħroġ muniti tal-euro mill-1 ta’ Lulju 2013 huma stipulati fl-Artikoli li ġejjin.

2.   Id-dritt għall-ħruġ tal-muniti tal-euro mill-1 ta’ Lulju 2013 huwa soġġett għal:

(a)

l-adozzjoni minn qabel, min-naħa tal-Prinċipat ta’ Andorra, tal-atti legali u r-regoli kollha tal-UE elenkati fl-Anness ta’ dan il-Ftehim, bi skadenza, għat-traspożizzjoni tagħhom, ta’ 12 jew 18-il xahar mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim;

(b)

l-iffirmar mill-Prinċipat ta' Andorra, sa mhux iktar tard minn 18-il xahar mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim, tal-Memorandum Multilaterali ta’ Fehim tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kummissjonijiet tat-Titoli rigward il-Konsultazzjoni, il-Kooperazzjoni u l-Iskambju ta’ Informazzjoni.

Artikolu 3

Il-limitu annwali (f'termini ta’ valur) għall-ħruġ mill-Prinċipat ta’ Andorra ta’ muniti tal-euro għandu jiġi kkalkolat mill-Kumitat konġunt imwaqqaf b'dan il-Ftehim, bħala s-somma tal-elementi li ġejjin:

parti fissa, b'ammont inizjali ta’ EUR 2 342 000 għall-2013. Il-Kumitat konġunt jista' jirrevedi kull sena l-parti l-fissa biex iqis kemm l-inflazzjoni –abbażi tal-inflazzjoni tal-HCIP fiż-żona tal-euro matul it-12-il xahar ta’ qabel–, kif ukoll ix-xejriet sinifikanti possibbli li jolqtu s-suq tal-muniti għall-kollezzjonisti;

parti varjabbli, li tikkorrispondi għall-ħruġ medju (f'termini ta’ valur) ta’ muniti għal kull abitant taż-żona euro matul it-12-il xahar ta’ qabel, immoltiplikat bl-għadd ta’ abitanti tal-Prinċipat ta’ Andorra.

Artikolu 4

1.   Il-muniti tal-euro maħruġin mill-Prinċipat ta’ Andorra għandhom ikunu identiċi għal dawk maħruġin mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea li adottaw l-euro f'dak li jirrigwarda l-valur nominali, il-valuta legali, il-karatteristiċi tekniċi, il-karatteristiċi artistiċi tal-wiċċ komuni u l-karatteristiċi artistiċi tal-wiċċ nazzjonali.

2.   Il-Prinċipat ta’ Andorra għandu jibgħat bil-quddiem l-abbozzi tal-uċuħ nazzjonali tal-muniti tiegħu tal-euro lill-Kummissjoni, li għandha tivverifika l-konformità tagħhom mar-regoli tal-UE.

Artikolu 5

1.   Il-muniti tal-euro maħruġin mill-Prinċipat ta’ Andorra għandhom jiġu inċiżi miz-Zekka tal-UE tal-għażla tiegħu, li min-naħa tagħha għandu jkollha esperjenza fil-produzzjoni tal-muniti tal-euro. Il-Kumitat konġunt għandu jiġi mgħarraf b'kull tibdil ta’ kuntrattur.

2.   Tal-anqas 80 % mill-muniti tal-euro maħsubin għaċ-ċirkolazzjoni għandhom jiddaħħlu bil-valur nominali tagħhom. Il-Kumitat konġunt jista' jiddeċiedi li jżid dan il-proporzjon.

3.   Il-ħruġ ta’ muniti tal-euro għall-kollezzjonisti min-naħa tal-Prinċipat ta' Andorra għandu jkun konformi mal-linji gwida tal-UE għall-muniti tal-euro għall-kollezzjonisti, li jirrikjedu, speċifikament, li l-karatteristiċi tekniċi u artistiċi tagħhom, kif ukoll id-denominazzjoni tagħhom, jippermettu li l-muniti maħsubin għaċ-ċirkolazzjoni jintgħarfu faċilment minn xulxin.

Artikolu 6

1.   Għall-finijiet tal-approvazzjoni mill-Bank Ċentrali Ewropew tal-volum totali tal-ħruġ ta’ muniti mir-Renju ta’ Spanja u mir-Repubblika Franċiża skont l-Artikolu 128(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, nofs il-volum tal-muniti tal-euro maħruġin mill-Prinċipat ta’ Andorra għandu jiżdied mal-volum tal-muniti maħruġin mir-Renju ta’ Spanja, u n-nofs l-ieħor għandu jiżdied mal-volum tal-muniti maħruġin mir-Repubblika Franċiża.

2.   Sa mhux iktar tard mill-1 ta' Settembru ta' kull sena, il-Prinċipat ta' Andorra għandu jgħarraf lill-Kummissjoni Ewropea, lir-Renju ta' Spanja u lir-Repubblika Franċiża bil-valur nominali totali tal-muniti tal-euro li jkun beħsiebu joħroġ matul is-sena ta' wara. Il-Prinċipat ta’ Andorra għandu jgħarraf ukoll lill-Kummissjoni Ewropea bil-kundizzjonijiet maħsubin għall-ħruġ ta’ dawk il-muniti, u speċifikament bil-proporzjon tal-muniti għall-kollezzjonisti, kif ukoll l-arranġamenti ddettaljati għall-introduzzjoni tal-muniti maħsubin għaċ-ċirkolazzjoni.

Artikolu 7

1.   Dan il-Ftehim għandu jkun mingħajr ħsara għad-dritt tal-Prinċipat ta’ Andorra li jkompli joħroġ muniti tad-dinari għall-kollezzjonisti.

2.   Il-muniti tad-dinari għall-kollezzjonisti maħruġin mill-Prinċipat ta' Andorra ma għandu jkollhom l-ebda valuta legali fl-Unjoni Ewropea.

Artikolu 8

1.   Il-Prinċipat ta’ Andorra għandu jintrabat li jadotta l-miżuri kollha xierqa, bi traspożizzjoni diretta jew, fejn ikun meħtieġ, bl-adozzjoni ta’ miżuri ekwivalenti, sabiex jimplimenta l-atti legali u r-regoli tal-Unjoni Ewropea elenkati fl-Anness ta’ dan il-Ftehim, fl-oqsma li ġejjin:

(a)

il-karti tal-flus u l-muniti tal-euro;

(b)

il-leġiżlazzjoni bankarja u finanzjarja, speċifikament f'dak li jirrigwarda l-attivitajiet u s-sorveljanza tal-istituzzjonijiet ikkonċernati;

(c)

il-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus, il-prevenzjoni tal-frodi u tal-falsifikar tal-mezzi ta’ ħlas kemm fi flus kontanti kif ukoll mezzi oħra (għal dan il-għan, għandu jiġi ffirmat ftehim ta’ kooperazzjoni mal-Europol), ir-regoli marbutin mal-medalji u t-tokens, u l-obbligi ta’ rappurtar ta’ dejta statistika. F'dak li jirrigwarda l-leġiżlazzjoni marbuta mal-ġbir ta’ dejta statistika, ir-regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni u għall-adattamenti tekniċi (inklużi d-derogi meħtieġa biex titqies is-sitwazzjoni speċifika ta' Andorra) għandhom jiġu stabbiliti bi ftehim mal-Bank Ċentrali Ewropew, sa mhux iktar tard minn 18-il xahar qabel il-bidu tal-ġbir effettiv tad-dejta statistika;

(d)

il-miżuri meħtieġa għall-użu tal-euro bħala munita unika adottati skont l-Artikolu 133 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

2.   L-atti legali u r-regoli msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu implimentati mill-Prinċipat ta’ Andorra bl-iskadenzi stipulati fl-Anness.

3.   Il-Prinċipat ta’ Andorra jista' jitlob għajnuna teknika, mingħand l-entitajiet li jagħmlu parti mid-delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea, għall-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE kkonċernata, partikularment f'dak li jirrigwarda l-ġbir tal-istatistika.

4.   Darba fis-sena, jekk iktar ta’ spiss jekk ikun meħtieġ, il-Kummissjoni għandha timmodifika l-Anness sabiex iqis it-testi l-ġodda legali u regolatorji relevanti tal-UE, kif ukoll l-emendi li jkunu saru għat-testi eżistenti. Il-Kumitat konġunt għandu mbagħad jiddeċiedi l-iskadenzi xierqa u raġonevoli għall-implimentazzjoni, min-naħa tal-Prinċipat ta' Andorra, tal-atti legali u r-regoli l-ġodda miżjudin fl-Anness.

5.   F'ċirkostanzi eċċezzjonali, il-Kumitat konġunt jista' jirrevedi skadenza eżistenti speċifikata fl-Anness.

6.   L-Anness aġġornat għandu jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 9

L-istituzzjonijiet ta’ kreditu, u fejn meħtieġ, l-istituzzjonijiet finanzjarji l-oħra awtorizzati li jwettqu l-attivitajiet tagħhom fit-territorju tal-Prinċipat ta’ Andorra, jista' jkollhom aċċess għas-sistemi interbankarji għas-saldu u għall-ħlas, kif ukoll għas-sistemi għas-saldu tat-titoli fiż-żona tal-euro, skont ir-regolamenti u l-kundizzjonijiet stipulati mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Spanja u ta’ Franza, bi qbil mal-Bank Ċentrali Ewropew.

Artikolu 10

1.   Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandu jkollha l-kompetenza esklussiva biex issolvi t-tilwim kollu li jista' jinqala' mill-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim u li ma jkunx seta' jiġi solvut fi ħdan il-Kumitat konġunt.

2.   Jekk l-Unjoni Ewropea, rappreżentata mill-Kummissjoni Ewropea, hija u taġixxi fuq rakkomandazzjoni tad-delegazzjoni tal-UE fi ħdan il-Kumitat konġunt, jew il-Prinċipat ta’ Andorra, iqisu li l-Parti l-oħra tkun naqset milli taqdi obbligu stipulat f'dan il-Ftehim, jistgħu jressqu l-każ quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja. Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja għandha tkun vinkolanti fuq il-partijiet,li għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw mas-sentenza f'perjodu li jkun deċiż mill-Qorti fl-istess sentenza tagħha, u s-sentenza ma għandhiex tkun soġġetta għal proċedura ta’ appell.

3.   Fil-każ li l-Unjoni Ewropea jew il-Prinċipat ta' Andorra jonqsu milli jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw mas-sentenza matul dak il-perjodu, il-parti l-oħra tista' ttemm il-Ftehim, b'avviż minn tal-anqas tliet xhur qabel.

Artikolu 11

1.   Għandu jitwaqqaf Kumitat konġunt. Dan il-Kumitat konġunt għandu jkun magħmul minn rappreżentanti tal-Prinċipat ta’ Andorra u tal-Unjoni Ewropea. Id-delegazzjoni tal-UE għandha tkun magħmula minn rappreżentanti tal-Kummissjoni Ewropea (li jippreseduha), tar-Renju ta’ Spanja, tar-Repubblika Franċiża u tal-Bank Ċentrali Ewropew.

2.   Il-Kumitat konġunt għandu jiltaqa' mill-inqas darba fis-sena. Il-Presidenza għandha talterna, kull sena, bejn rappreżentant tal-Unjoni Ewropea u rappreżentant tal-Prinċipat ta’ Andorra. Il-Kumitat konġunt għandu jadotta d-deċiżjonijiet tiegħu b'mod unanimu.

3.   Il-Kumitat konġunt għandu jiskambja l-fehmiet u t-tagħrif tiegħu, u għandu jadotta d-deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikoli 3 u 8. Id-delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea għandha tgħarraf lill-Prinċipat ta’ Andorra bil-proġetti leġiżlattivi tal-Unjoni Ewropea li jkunu qed jiġu diskussi fl-oqsma msemmija fl-Artikolu 8. Barra minn hekk, il-Kumitat konġunt għandu jeżamina l-miżuri meħudin mill-Prinċipat ta’ Andorra, u għandu jagħmel l-almu tiegħu biex isolvi kull tilwim li jista' jinqala' mill-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim.

4.   L-Unjoni Ewropea għandha tkun l-ewwel Parti li tippresiedi l-Kumitat konġunt mad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim, skont l-Artikolu 13.

Artikolu 12

Mingħajr ħsara għall-Artikolu 10(3), kull Parti tista' ttemm dan il-Ftehim b'avviż ta' mill-inqas sena qabel.

Artikolu 13

Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tat-tieni xahar wara n-notifika minn kull waħda mill-Partijiet tat-twettiq tal-proċeduri tar-ratifikazzjoni tagħhom, skont ir-regoli applikabbli għal kull Parti.

Artikolu 14

Dan il-Ftehim għandu jiġi konkluż u ffirmat f'erba' ilsna (bil-Katalan, bil-Franċiż, bl-Ingliż u bl-Ispanjol), bit-test ta’ kull wieħed minn dawn l-ilsna jkun ugwalment awtentiku.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Ġunju 2011.

Għall-Unjoni Ewropea

Olli REHN

Membru tal-Kummissjoni Ewropea

Għall-Prinċipat ta' Andorra

Antoni MARTÍ PETIT

Kap tal-Gvern


ANNESS

Id-dispożizzjonijiet legali li għandhom jiġu implimentati

Skadenza għall-implimentazzjoni

(mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim)

Il-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus

Id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2005 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, ĠU L 309, 25.11.2005, p. 15

kif emendata bi:

 

Id-Direttiva 2007/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Novembru 2007 dwar is-servizzi ta' ħlas fis-suq intern, li temenda d-Direttivi 97/7/KE, 2002/65/KE, 2005/60/KE u 2006/48/KE, u li tħassar id-Direttiva 97/5/KE, ĠU L 319, 5.12.2007, p. 1

 

Id-Direttiva 2008/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 li temenda d-Direttiva 2005/60/KE dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-money laundering [ħasil tal-flus] u l-finanzjament tat-terroriżmu, fir-rigward tas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni, ĠU L 76, 19.3.2008, p. 46

 

Id-Direttiva 2009/110/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar il-bidu, l-eżerċizzju u s-superviżjoni prudenzjali tan-negozju tal-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi, li temenda d-Direttivi 2005/60/KE u 2006/48/KE, u li tħassar id-Direttiva 2000/46/KE, ĠU L 267, 10.10.2009, p. 7

 

Id-Direttiva 2010/78/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li temenda d-Direttivi 98/26/KE, 2002/87/KE, 2003/6/KE, 2003/41/KE, 2003/71/KE, 2004/39/KE, 2004/109/KE, 2005/60/KE, 2006/48/KE, 2006/49/KE u 2009/65/KE fir-rigward tas-setgħat tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea), l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) u l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq), ĠU L 331, 15.12.2010, p. 120

ikkompletata bi:

 

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/845/ĠAI tas-6 ta’ Diċembru 2007 dwar il-kooperazzjoni bejn l-Uffiċċji għall-Irkupru tal-Assi tal-Istati Membri fil-qasam tar-rintraċċar u l-identifikazzjoni ta’ rikavati mill-kriminalità, jew proprjetà oħra relatata magħha, ĠU L 332, 18.12.2007, p. 103

 

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE tal-1 ta' Awwissu 2006 li tistabbilixxi miżuri implimentattivi għad-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-definizzjoni ta’ persuni esposti politikament u l-kriterji tekniċi għal proċeduri ssimplifikati tad-diliġenza dovuta mal-klijent u għal eżenzjoni għal raġunijiet ta’ attività finanzjarja mwettqa fuq bażi okkażjonali jew limitata ħafna, ĠU L 214, 4.8.2006, p. 29

 

Ir-Regolament (KE) Nru 1781/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Novembru 2006 dwar informazzjoni dwar il-pagatur, li għandha takkumpanja t-trasferimenti ta' fondi, ĠU L 345, 8.12.2006, p. 1

 

Ir-Rettifika tar-Regolament (KE) Nru 1781/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Novembru 2006 dwar informazzjoni dwar il-pagatur, li għandha takkumpanja t-trasferimenti ta' fondi, ĠU L 323, 8.12.2007, p. 59

 

Ir-Regolament (KE) Nru 1889/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2005 dwar kontrolli ta' flus kontanti deħlin fil-Komunità jew ħerġin mill-Komunità, ĠU L 309, 25.11.2005, p. 9

 

Id-Deċiżjoni Kwadru 2001/500/ĠAI tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2001 dwar il-ħasil tal-flus, l-identifikazzjoni, l-intraċċar, l-iffriżar, il-qbid u l-konfiska tal-mezzi u l-qligħ mill-kriminalità, ĠU L 182, 5.7.2001, p. 1; edizzjoni speċjali bil-Malti: Kapitolu 19 Volum 4 p. 158-159

 

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/642/ĠAI tas-17 ta' Ottubru 2000 li tikkonċerna l-arranġamenti għall-kooperazzjoni bejn l-unitajiet tal-intelliġenza finanzjarja tal-Istati Membri fir-rigward tal-iskambju tal-informazzjoni, ĠU L 271, 24.10.2000, p. 4; edizzjoni speċjali bil-Malti: Kapitolu 19 Volum 4 p. 15-17

18-il xahar

Il-prevenzjoni tal-frodi u tal-falsifikar

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1338/2001 tat-28 ta' Ġunju 2001 li jistabilixxi miżuri neċessarji għall-protezzjoni mill-iffalsifikar tal-euro, ĠU L 181, 4.7.2001, p. 6

kif emendat bi:

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2009 tat-18 ta’ Diċembru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1338/2001 li jistabbilixxi l-miżuri neċessarji għall-protezzjoni kontra l-iffalsifikar tal-euro, ĠU L 17, 22.1.2009, p. 1

18-il xahar

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/861/KE tat-8 ta’ Diċembru 2003 li tikkonċerna l-analiżi u l-kooperazzjoni fir-rigward ta' muniti foloz tal-euro, ĠU L 325, 12.12.2003, p. 44

18-il xahar

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2182/2004 tas-6 ta' Diċembru 2004 dwar midalji u tokens simili għall-muniti tal-euro, ĠU L 373, 21.12.2004, p. 1

kif emendat bi:

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 46/2009 tat-18 ta' Diċembru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2182/2004 dwar midalji u tokens simili għall-muniti tal-euro, ĠU L 17, 22.1.2009, p. 5

18-il xahar

Id-Deċiżjoni Kwadru 2000/383/ĠAI tal-Kunsill tad-29 ta' Mejju 2000 dwar li tiżdied il-protezzjoni permezz ta' pieni kriminali u sanzjonijiet oħra kontra l-iffalsifikar in konnessjoni mad-dħul tal-euro, ĠU L 140, 14.6.2000, p. 1; edizzjoni speċjali bil-Malti Kapitolu 19 Volum 1 p. 187-190

kif emendata bi:

Id-Deċiżjoni Kwadru 2001/888/ĠAI tal-Kunsill tas-6 ta' Diċembru 2001 li jemenda d-Deċiżjoni Kwadru 2000/383/ĠAI dwar li tiżdied il-protezzjoni permezz ta' pieni kriminali u sanzjonijiet oħra kontra l-iffalsifikar in konnessjoni mad-dħul tal-euro, ĠU L 329, 14.12.2001, p. 3; edizzjoni speċjali bil-Malti Kapitolu 19 Volum 4 p. 182

18-il xahar

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/371/ĠAI tas-6 ta’ April 2009 li tistabbilixxi l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol), ĠU L 121, 15.5.2009, p. 37

18-il xahar

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/923/KE tas-17 ta' Diċembru 2001 li tistabbilixxi programm ta' skambju, assistenza u taħriġ għall-protezzjoni tal-euro kontra l-iffalsifikar (il-programm Pericles), ĠU L 339, 21.12.2001, p. 50

kif emendata bi:

 

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/75/KE tat-30 ta' Jannar 2006 li temenda u testendi d-Deċiżjoni 2001/923/KE li tistabbilixxi programm ta' skambju, għajnuna u taħriġ għall-protezzjoni tal-euro kontra l-falsifikazzjoni (il-programm Pericles), ĠU L 36, 8.2.2006, p. 40

 

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/849/KE tal-20 ta' Novembru 2006 li temenda u testendi d-Deċiżjoni 2001/923/KE li tistabbilixxi programm ta' skambju, għajnuna u taħriġ għall-protezzjoni tal-euro kontra l-falsifikazzjoni (il-programm Pericles), ĠU L 330, 28.11.2006, p. 28

ikkompletata bi:

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/887/ĠAI tas-6 ta' Diċembru 2001 dwar il-protezzjoni tal-euro kontra l-iffalsifikar, ĠU L 329, 14.12.2001, p. 1

18-il xahar

Id-Deċiżjoni qafas tal-Kunsill 2001/413/ĠAI tat-28 ta' Mejju 2001 li tiġġieled frodi u ffalsifikar ta' mezzi ta' ħlas bi flus mhux kontanti, ĠU L 149, 2.6.2001, p. 1; edizzjoni speċjali bil-Malti Kapitolu 15 Volum 6 p. 123-126

18-il xahar

Id-Deċiżjoni 2010/597/UE tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-16 ta’ Settembru 2010 dwar il-verifika tal-awtentiċità u l-kundizzjoni u r-riċirkulazzjoni tal-karti tal-flus tal-euro (BĊE/2010/14), ĠU L 267, 9.10.2010, p. 1

18-il xahar

Ir-regolamenti dwar il-karti tal-flus u l-muniti tal-euro

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 975/98 tat-3 ta' Mejju 1998 dwar denominazzjonijiet u speċifikazzjonijiet tekniċi tal-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni, ĠU L 139, 11.5.1998, p. 6

kif emendat bi:

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 423/1999 tat-22 ta’ Frar 1999 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 975/98 dwar denominazzjonjiet u speċifikazzjonijiet tekniċi tal-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni, ĠU L 52, 27.2.1999, p. 2; edizzjoni speċjali bil-Malti Kapitolu 10 Volum 1 p. 167-168

12-il xahar

Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Mejju 1999 dwar is-sistema ta’ ġestjoni tal-kwalità għall-muniti tal-euro (traduzzjoni mhux uffiċjali)

12-il xahar

Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill tat-23 ta’ Novembru 1998 u tal-5 ta’ Novembru 2002 dwar il-muniti tal-kollezzjonijisti (traduzzjoni mhux uffiċjali)

12-il xahar

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2009/23/KE tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (C(2008) 8625), ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52

12-il xahar

Il-Komunikazzjoni 2001/C 318/03 tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Ottubru 2001 dwar il-ħarsien tad-drittijiet tal-awtur tad-disinn tal-wiċċ komuni tal-muniti tal-euro [traduzzjoni mhux uffiċjali] (C(2001) 600 finali), ĠU C 318, 13.11.2001, p. 3

12-il xahar

Ir-Regolament (UE) Nru 1210/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Diċembru 2010 li jikkonċerna l-awtentikazzjoni tal-muniti tal-euro u t-trattament ta' muniti tal-euro li mhumiex tajba għaċ-ċirkolazzjoni, ĠU L 339, 22.12.2010, p. 1

12-il xahar

Il-Linji gwida BĊE/2003/5 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-20 ta' Marzu 2003 dwar l-infurzar ta' miżuri kontra r-riproduzzjoni tal-karti tal-flus [tal-euro] irregolari u dwar il-bdil u l-irtirar tal-karti tal-flus [tal-euro], ĠU L 78, 25.3.2003, p. 20; edizzjoni speċjali bil-Malti Kapitolu 1 Volum 4 p. 291-293

12-il xahar

Id-Deċiżjoni 2003/205/KE tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-20 ta' Marzu 2003 dwar id-denominazzjonijiet, l-ispeċifikazzjonijiet, ir-riproduzzjoni, il-bdil u l-irtirar tal-karti tal-flus [tal-euro] (BĊE/2003/4), ĠU L 78, 25.3.2003, p. 16; edizzjoni speċjali bil-Malti Kapitolu 10 Volum 3 p. 246-49

12-il xahar

Il-leġiżlazzjoni fl-oqsma bankarji u finanzjarji

Id-Direttiva 2006/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Ġunju 2006 dwar l-adegwatezza tal-kapital ta’ kumpaniji tal-investiment u istituzzjonijiet ta’ kreditu (riformulazzjoni), ĠU L 177, 30.6.2006, p. 201

kif emendata bi:

 

Id-Direttiva 2008/23/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 li temenda d-Direttiva 2006/49/KE dwar l-adegwatezza tal-kapital ta’ kumpaniji tal-investiment u istituzzjonijiet ta’ kreditu, fir-rigward tas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni, ĠU L 76, 19.3.2008, p. 54

 

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/27/KE tas-7 ta’ April 2009 li temenda ċerti Annessi tad-Direttiva 2006/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ dispożizzjonijiet tekniċi li għandhom x’jaqsmu mal-ġestjoni tar-riskju, ĠU L 94, 8.4.2009, p. 97

 

Id-Direttiva 2009/111/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 li temenda d-Direttivi 2006/48/KE, 2006/49/KE u 2007/64/KE [fir-rigward ta’] banek affiljati ma’ istituzzjonijiet ċentrali, ċerti elementi ta’ fondi proprji, espożizzjonijiet kbar, arranġamenti superviżorji, u l-ġestjoni tal-kriżijiet, ĠU L 302, 17.11.2009, p. 97

 

Id-Direttiva 2010/76/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li temenda d-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE [fir-rigward tar-]rekwiżiti kapitali għall-kotba tal-kummerċ u għar-rititolizzazzjonijiet, u r-reviżjoni superviżorja tal-politika dwar ir-rimunerazzjoni, ĠU L 329, 14.12.2010, p. 3

 

Id-Direttiva 2010/78/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 24 ta’ Novembru 2010 li temenda d-Direttivi 98/26/KE, 2002/87/KE, 2003/6/KE, 2003/41/KE, 2003/71/KE, 2004/39/KE, 2004/109/KE, 2005/60/KE, 2006/48/KE, 2006/49/KE, u 2009/65/KE fir-rigward tas-setgħat tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea), l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) u l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq), ĠU L 331, 15.12.2010, p. 120

4 snin

Id-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Ġunju 2006 rigward il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu (riformulazzjoni), ĠU L 177, 30.6.2006, p. 1

kif emendata bi:

 

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/18/KE tas-27 ta' Marzu 2007 li temenda d-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [fir-rigward tal-]esklużjoni jew l-inklużjoni ta' ċerti istituzzjonijiet mill-ambitu tal-applikazzjoni u tat-trattament ta' exposures għall-banek ta' żvilupp multilaterali, ĠU L 87, 28.3.2007, p. 9

 

Id-Direttiva 2007/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Settembru 2007 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/49/KEE u d-Direttivi 2002/83/KE, 2004/39/KE, 2005/68/KE u 2006/48/KE fir-rigward tar-regoli ta' proċedura u l-kriterji ta' evalwazzjoni għall-evalwazzjoni prudenzjali ta' akkwisti u żidiet fil-holdings fis-settur finanzjarju, ĠU L 247, 21.9.2007, p. 1

 

Id-Direttiva 2007/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Novembru 2007 dwar is-servizzi ta' ħlas fis-suq intern, li temenda d-Direttivi 97/7/KE, 2002/65/KE, 2005/60/KE u 2006/48/KE, u li tħassar id-Direttiva 97/5/KE, ĠU L 319, 5.12.2007, p. 1

 

Id-Direttiva 2008/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 li temenda d-Direttiva 2006/48/KE rigward il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu, fir-rigward tas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni, ĠU L 81, 20.3.2008, p. 38

 

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/83/KE tas-27 ta’ Lulju 2009 li temenda ċerti annessi tad-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ dispożizzjonijiet tekniċi li għandhom x’jaqsmu mal-ġestjoni tar-riskju, ĠU L 196, 28.7.2009, p. 14

 

Id-Direttiva 2009/110/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar il-bidu, l-eżerċizzju u s-superviżjoni prudenzjali tan-negozju tal-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi, li temenda d-Direttivi 2005/60/KE u 2006/48/KE, u li tħassar id-Direttiva 2000/46/KE, ĠU L 267, 10.10.2009, p. 7

 

Id-Direttiva 2009/111/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 li temenda d-Direttivi 2006/48/KE, 2006/49/KE u 2007/64/KE dwar [fir-rigward ta’] banek affiljati ma’ istituzzjonijiet ċentrali, ċerti elementi ta’ fondi proprji, espożizzjonijiet kbar, arranġamenti superviżorji, u l-ġestjoni tal-kriżijiet, ĠU L 302, 17.11.2009, p. 97

 

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2010/16/UE tad-9 ta’ Marzu 2010 li temenda d-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-esklużjoni ta’ ċerta istituzzjoni mill-ambitu tal-applikazzjoni, ĠU L 60, 10.3.2010, p. 15

 

Id-Direttiva 2010/76/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li temenda d-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE dwar [fir-rigward tar-] ir-rekwiżiti kapitali għall-kotba tal-kummerċ u għar-rititolizzazzjonijiet, u r-reviżjoni superviżorja tal-politika dwar ir-rimunerazzjoni, ĠU L 329, 14.12.2010, p. 3

 

Id-Direttiva 2010/78/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li temenda d-Direttivi 98/26/KE, 2002/87/KE, 2003/6/KE, 2003/41/KE, 2003/71/KE, 2004/39/KE, 2004/109/KE, 2005/60/KE, 2006/48/KE, 2006/49/KE u 2009/65/KE fir-rigward tas-setgħat tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea), l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) u l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq), ĠU L 331, 15.12.2010, p. 120

4 snin

Id-Direttiva 2009/110/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar il-bidu, l-eżerċizzju u s-superviżjoni prudenzjali tan-negozju tal-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi, li temenda d-Direttivi 2005/60/KE u 2006/48/KE, u li tħassar id-Direttiva 2000/46/KE, ĠU L 267, 10.10.2009, p. 7

4 snin

Id-Direttiva 2007/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Novembru 2007 dwar is-servizzi ta' ħlas fis-suq intern, li temenda d-Direttivi 97/7/KE, 2002/65/KE, 2005/60/KE u 2006/48/KE, u li tħassar id-Direttiva 97/5/KE, ĠU L 319, 5.12.2007, p. 1

Ir-Rettifika għad-Direttiva 2007/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Novembru 2007 dwar is-servizzi ta' ħlas fis-suq intern, li temenda d-Direttivi 97/7/KE, 2002/65/KE, 2005/60/KE u 2006/48/KE, u li tħassar id-Direttiva 97/5/KE (ĠU L 319, 5.12.2007), ĠU L 187, 18.7.2009, p. 5

kif emendata bi:

Id-Direttiva 2009/111/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 li temenda d-Direttivi 2006/48/KE, 2006/49/KE u 2007/64/KE dwar [fir-rigward ta’] banek affiljati ma’ istituzzjonijiet ċentrali, ċerti elementi ta’ fondi proprji, espożizzjonijiet [riskji] kbar, arranġamenti superviżorji, u l-ġestjoni tal-kriżijiet, ĠU L 302, 17.11.2009, p. 97

4 snin

Id-Direttiva tal-Kunsill 86/635/KEE tat-8 ta’ Diċembru 1986 dwar il-kontijiet annwali u l-kontijiet konsolidati ta’ banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn, ĠU L 372, 31.12.1986, p. 1

kif emendata bi:

 

Id-Direttiva 2001/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Settembru 2001 tali temenda d-Direttivi 78/660/KEE, 83/349/KEE u 86/635/KEE fir-rigward tar-regoli ta’ valutazzjoni għall-kontijiet annwali u kkonsolidati ta’ ċerti tipi ta’ kumpaniji kif ukoll ta’ banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħra, ĠU L 283, 27.10.2001, p. 28; edizzjoni speċjali bil-Malti Kapitolu 17 Volum 1 p. 245-249

 

Id-Direttiva 2003/51/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2003 li temenda d-Direttivi 78/660/KEE, 83/349/KEE, 86/635/KEE u 91/674/KEE tal-Kunsill fuq il-bilanċ ta’ kontijiet annwali u konsolidati ta’ ċerti kumpaniji, banek u istituzzjonijiet finanzjarji u impriżi tal-assigurazzjoni, ĠU L 178, 17.7.2003, p. 16

 

Id-Direttiva 2006/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Ġunju 2006 li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE dwar il-kontijiet annwali ta' ċerti tipi ta' kumpaniji, 83/349/KEE dwar kontijiet konsolidati, 86/635/KEE dwar il-kontijiet annwali u l-kontijiet konsolidati ta' banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn, u 91/674/KEE dwar il-kontijiet annwali u l-kontijiet konsolidati ta' intrapriżi tal-assigurazzjoni, ĠU L 224, 16.8.2006, p. 1

4 snin

Id-Direttiva 94/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 1994 dwar skemi ta’ garanzija għal depożiti, ĠU L 135, 31.5.1994, p. 5; edizzjoni speċjali bil-Malti Kapitolu 6 Volum 2 p. 252-26

kif emendata bi:

 

Id-Direttiva 2005/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2005 li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 73/239/KEE, 85/611/KEE, 91/675/KEE, 92/49/KEE u 93/6/KEE u d-Direttivi 94/19/KE, 98/78/KE, 2000/12/KE, 2001/34/KE, 2002/83/KE u 2002/87/KE, sabiex tiġi stabbilita struttura organizzattiva ġdida għall-kumitati dwar is-servizzi finanzjarji, ĠU L 79, 24.3.2005, p. 9

 

Id-Direttiva 2009/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 li temenda d-Direttiva 94/19/KE dwar skemi ta’ garanzija għal depożiti fir-rigward tal-livell ta’ kopertura u taż-żmien għar-rimborż, ĠU L 68, 13.3.2009, p. 3

4 snin

Id-Direttiva 2001/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ April 2001 fuq ir-riorganizzazzjoni u l-istralċ ta' istituzzjonijiet ta' kreditu, ĠU L 125, 5.5.2001, p. 15

6 snin

Id-Direttiva tal-Kunsill 89/117/KEE tat-13 ta’ Frar 1989 dwar l-obbligi ta’ fergħat stabbiliti fi Stat Membru ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u istituzzjonijiet finanzjarji li jkollhom l-uffiċċji ewlenin tagħhom barra dak l-Istat Membru rigward il-pubblikazzjoni tad-dokumenti tal-kontijiet annwali, ĠU L 44, 16.2.1989, p. 40; edizzjoni speċjali bil-Malti Kapitolu 6 Volum 1 p. 213-215

6 snin

Id-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2002 dwar is-superviżjoni supplementari ta' istituzzjonijiet ta' kreditu dwar impriżi ta' assigurazzjoni u ditti tal-investiment f'konglomerat finanzjarju, u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 73/239/KEE, 79/267/KEE, 92/49/KEE, 92/96/KEE, 93/6/KEE u 93/22/KEE, u d-Direttivi 98/78/KE u 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ĠU L 35, 11.2.2003, p. 1; edizzjoni speċjali bil-Malti Kapitolu 6 Volum 4 p. 340-366

kif emendata bi:

 

Id-Direttiva 2005/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2005 li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 73/239/KEE, 85/611/KEE, 91/675/KEE, 92/49/KEE u 93/6/KEE u d-Direttivi 94/19/KE, 98/78/KE, 2000/12/KE, 2001/34/KE, 2002/83/KE u 2002/87/KE, sabiex tiġi stabbilita struttura organizzattiva ġdida għall-kumitati dwar is-servizzi finanzjarji, ĠU L 79, 24.3.2005, p. 9

 

Id-Direttiva 2008/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 li temenda d-Direttiva 2002/87/KE dwar is-superviżjoni supplementari ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu, impriżi ta’ assigurazzjoni u ditti tal-investiment f’konglomerat finanzjarju, fir-rigward tas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni, ĠU L 81, 20.3.2008, p. 40

 

Id-Direttiva 2010/78/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li temenda d-Direttivi 98/26/KE, 2002/87/KE, 2003/6/KE, 2003/41/KE, 2003/71/KE, 2004/39/KE, 2004/109/KE, 2005/60/KE, 2006/48/KE, 2006/49/KE u 2009/65/KE fir-rigward tas-setgħat tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea), l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) u l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq), ĠU L 331, 15.12.2010, p. 120

6 snin

Id-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji, li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/611/KEE u 93/6/KEE u d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE, ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1

Ir-Rettifika tad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji, li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/611/KEE u 93/6/KEE u d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE, ĠU L 45, 16.2.2005 p. 18

kif emendata bi:

 

Id-Direttiva 2006/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' April 2006 li temenda d-Direttiva 2004/39/KE dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji, fir-rigward ta' ċerti limiti ta' żmien, ĠU L 114, 27.4.2006, p. 60

 

Id-Direttiva 2007/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Settembru 2007 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/49/KEE u d-Direttivi 2002/83/KE, 2004/39/KE, 2005/68/KE u 2006/48/KE fir-rigward tar-regoli ta' proċedura u l-kriterji ta' evalwazzjoni għall-evalwazzjoni prudenzjali ta' akkwisti u żidiet fil-holdings fis-settur finanzjarju, ĠU L 247, 21.9.2007, p. 1

 

Id-Direttiva 2008/10/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 li temenda d-Direttiva 2004/39/KE dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji, fir-rigward tas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni, ĠU L 76, 19.3.2008, p. 33

 

Id-Direttiva 2010/78/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 98/26/KE, 2002/87/KE, 2003/6/KE, 2003/41/KE, 2003/71/KE, 2004/39/KE, 2004/109/KE, 2005/60/KE, 2006/48/KE, 2006/49/KE u 2009/65/KE fir-rigward tas-setgħat tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea), l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) u l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq), ĠU L 331, 15.12.2010, p. 120

ikkompletata bi:

 

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/73/KE tal-10 ta' Awwissu 2006 li timplimenta d-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-rekwiżiti organizzattivi u l-kundizzjonijiet ta' ħidma tal-kumpaniji tal-investiment u t-termini definiti għall-għanijiet ta' dik id-Direttiva, ĠU L 241, 2.9.2006, p. 26

 

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1287/2006 tal-10 ta’ Awwissu 2006 li jimplimenta d-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-obbligi tad-ditti ta’ investiment li jżommu r-reġistri, ir-rapportaġġ tat-tranżazzjonijiet, it-trasparenza tas-suq, l-ammissjoni tal-istrumenti finanzjarji għan-negozjar, u t-termini ddefiniti għall-finijiet ta’ dik id-Direttiva, ĠU L 241, 2.9.2006, p. 1

6 snin

Ir-Regolament (KE) Nru 924/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Settembru 2009 dwar il-ħlas transkonfinali fil-Komunità, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2560/2001, ĠU L 266, 9.10.2009, p. 11

6 snin

Id-Direttiva 2002/47/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Ġunju 2002 dwar arranġamenti finanzjarji kollaterali, ĠU L 168, 27.6.2002, p. 43; edizzjoni speċjali bil-Malti Kapitolu 10 Volum 3 p. 89-96

kif emendata bi:

Id-Direttiva 2009/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 li temenda d-Direttiva 98/26/KE dwar il-finalità ta’ settlement fis-sistemi ta’ settlement ta’ pagamenti u titoli, u d-Direttiva 2002/47/KE dwar arranġamenti finanzjarji kollaterali rigward sistemi konnessi u talbiet għal kreditu, ĠU L 146, 10.6.2009, p. 37

6 snin

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 97/489/KE tat-30 ta’ Lulju 1997 dwar it-tranżazzjonijiet imwettqa bi strumenti ta’ ħlas elettroniku, u b'mod partikulari r-relazzjoni bejn emittent u d-detentur (traduzzjoni mhux uffiċjali), ĠU L 208, 2.8.1997, p. 52

6 snin

Id-Direttiva 97/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' Marzu 1997 dwar skemi ta' kumpens għall-investitur, ĠU L 84, 26.3.1997, p. 22; edizzjoni speċjali bil-Malti Kapitolu 6 Volum 2 p. 311-320

6 snin

Id-Direttiva 98/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Mejju 1998 dwar finalità ta’ settlement fis-sistemi ta’ settlement ta’ pagamenti u titoli, ĠU L 166, 11.6.1998, p. 45; edizzjoni speċjali bil-Malti Kapitolu 6 Volum 3 p. 107-112

kif emendata bi:

 

Id-Direttiva 2009/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 li temenda d-Direttiva 98/26/KE dwar il-finalità ta’ settlement fis-sistemi ta’ settlement ta’ pagamenti u titoli, u d-Direttiva 2002/47/KE dwar arranġamenti finanzjarji kollaterali rigward sistemi konnessi u talbiet għal kreditu, ĠU L 146, 10.6.2009, p. 37

 

Id-Direttiva 2010/78/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li temenda d-Direttivi 98/26/KE, 2002/87/KE, 2003/6/KE, 2003/41/KE, 2003/71/KE, 2004/39/KE, 2004/109/KE, 2005/60/KE, 2006/48/KE, 2006/49/KE u 2009/65/KE fir-rigward tas-setgħat tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea), l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) u l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq), ĠU L 331, 15.12.2010, p. 120

6 snin

Id-Direttiva 2010/78/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li temenda d-Direttivi 98/26/KE, 2002/87/KE, 2003/6/KE, 2003/41/KE, 2003/71/KE, 2004/39/KE, 2004/109/KE, 2005/60/KE, 2006/48/KE, 2006/49/KE u 2009/65/KE fir-rigward tas-setgħat tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea), l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) u l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq), ĠU L 331, 15.12.2010, p. 120

4 snin

Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea), li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE, u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE, ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12

4 snin

Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq), li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE, u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE, ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84

4 snin

Ir-Regolament (UE) Nru 1092/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar is-sorveljanza makroprudenzjali tal-Unjoni tas-sistema finanzjarja u li jistabbilixxi Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku, ĠU L 331, 15.12.2010, p. 1

4 snin

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1096/2010 tas-17 ta’ Novembru 2010 li jagħti lill-Bank Ċentrali Ewropew kompiti speċifiċi rigward il-funzjonament tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku, ĠU L 331, 15.12.2010, p. 162

4 snin

Il-leġiżlazzjoni dwar il-ġbir tad-dejta statistika (l-Artikolu 6(1) tal-Mandat)

Ir-Regolament (KE) Nru 25/2009 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta' Diċembru 2008 dwar il-karta tal-bilanċ tas-settur tal-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (riformulazzjoni) (BĊE/2008/32), ĠU L 15, 20.1.2009, p. 14

4 snin

Ir-Regolament (KE) Nru 63/2002 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-20 ta' Diċembru 2001 dwar statistika fuq rati ta' imgħax applikati minn istituzzjonijiet finanzjarji monetarji għal depożiti u self għal familji u korporazzjonijiet mhux finanzjarji (BĊE/2001/18), ĠU L 10, 12.1.2002, p. 24; edizzjoni speċjali bil-Malti Kapitolu 1 Volum 3 p. 421-443

kif emendat bi:

 

Ir-Regolament (UE) Nru 674/2010 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-23 ta’ Lulju 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 63/2002 (BĊE/2001/18) dwar statistika fuq rati ta' imgħax applikati minn istituzzjonijiet finanzjarji monetarji għal depożiti u self għal familji u korporazzjonijiet mhux finanzjarji (BĊE/2010/7), ĠU L 196, 28.7.2010, p. 23

 

Ir-Regolament (UE) Nru 290/2009 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-31 ta’ Marzu 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 63/2002 (BĊE/2001/18) dwar statistika fuq rati ta' imgħax applikati minn istituzzjonijiet finanzjarji monetarji għal depożiti u self għal familji u korporazzjonijiet mhux finanzjarji (BĊE/2009/7), ĠU L 94, 8.4.2009, p. 75

 

Ir-Regolament (KE) Nru 2181/2004 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-16 ta’ Diċembru 2004 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2423/2001 (BĊE/2001/13) dwar il-karta tal-bilanċ ikkonsolidata tas-settur tal-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji, u r-Regolament (KE) Nru 63/2002 (BĊE/2001/18) dwar statistika fuq rati ta' imgħax applikati minn istituzzjonijiet finanzjarji monetarji għal depożiti u self għal familji u korporazzjonijiet mhux finanzjarji (BĊE/2004/21), ĠU L 371, 18.12.2004, p. 42

4 snin

Linji gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew BĊE/2007/9 tal-1 ta’ Awwissu 2007 fuq statistika monetarja, ta’ istituzzjonijiet finanzjarji u tas-suq (riformulazzjoni), ĠU L 341, 27.12.2007, p. 1

Rettifika tal-Linji gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew BĊE/2007/9 tal-1 ta’ Awwissu 2007 fuq statistika monetarja, ta’ istituzzjonijiet finanzjarji u tas-suq (riformulazzjoni), ĠU L 84, 26.3.2008, p. 393

kif emendata bi:

 

Il-Linji gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew BĊE/2008/31 tad-19 ta’ Diċembru 2008 li jemendaw il-Linji ta’ gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew BĊE/2007/9 fuq statistika monetarja, ta’ istituzzjonijiet finanzjarji u tas-suq (riformulazzjoni), ĠU L 53, 26.2.2009, p. 76

 

Il-Linji gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew BĊE/2009/23 tal-4 ta’ Diċembru 2009 li jemendaw il-Linji ta’ gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew BĊE/2007/9 fuq statistika monetarja, ta’ istituzzjonijiet finanzjarji u tas-suq, ĠU L 16, 21.1.2010, p. 6

4 snin

Il-Linji gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew BĊE/2002/7 tal-21 ta' Novembru 2002 dwar ir-rapporti tal-istatistika meħtieġa mill-Bank Ċentrali Ewropew fil-qasam tal-kontijiet finanzjarji għal kull kwart tas-sena, ĠU L 334, 11.12.2002, p. 24; edizzjoni speċjali bil-Malti Kapitolu 17 Volum 1 p. 250-270

kif emendata bi:

 

Il-Linji gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew BĊE/2005/13 tas-17 ta' Novembru 2005 li jemendaw il-Linji ta’ gwida BĊE/2002/7 dwar ir-rapporti tal-istatistika meħtieġa mill-Bank Ċentrali Ewropew fil-qasam tal-kontijiet finanzjarji għal kull kwart tas-sena, ĠU L 30, 2.2.2006, p. 1

 

Il-Linji gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew BĊE/2006/6 tal-20 ta' April 2006 li jemendaw il-Linji ta’ gwida BĊE/2002/7 dwar ir-rapporti tal-istatistika meħtieġa mill-Bank Ċentrali Ewropew fil-qasam tal-kontijiet finanzjarji għal kull kwart tas-sena, ĠU L 115, 28.4.2006, p. 46

 

Il-Linji gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew BĊE/2007/13 tal-15 ta' Novembru 2007 li jemendaw il-Linji ta’ gwida BĊE/2002/7 dwar ir-rapporti tal-istatistika meħtieġa mill-Bank Ċentrali Ewropew fil-qasam tal-kontijiet finanzjarji għal kull kwart tas-sena, ĠU L 311, 29.11.2007, p. 47

 

Il-Linji gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew BĊE/2008/6 tas-26 ta' Awwissu 2008 li jemendaw il-Linji ta’ gwida BĊE/2002/7 dwar ir-rapporti tal-istatistika meħtieġa mill-Bank Ċentrali Ewropew fil-qasam tal-kontijiet finanzjarji għal kull kwart tas-sena, ĠU L 259, 27.9.2008, p. 12

4 snin