23.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 75/1


Avviż dwar ir-revoka tal-Ftehimiet bejn il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u l-Konfederazzjoni Svizzera

Fid-9 ta' Ottubru 2009 (1), il-Kunsill iddeċieda li jirrevoka l-Ftehimiet bejn il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u l-Konfederazzjoni Svizzera. Dawn il-Ftehimiet ġew sussegwentement irrevokati bi qbil bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera, fil-forma ta' skambju ta' noti verbali, b'effett mit-22 ta' Diċembru 2009.


(1)  ĠU L 288, 4.11.2009, p. 18.