23.10.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 279/71 |
DEĊIŻJONI Nru 1/2010 TAL-KUMITAT KONĠUNT GĦALL-KOOPERAZZJONI DOGANALI
tal-24 ta’ Ġunju 2010
Skont l-Artikolu 21 ta' dan il-Ftehim: bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Ġappun dwar Kooperazzjoni u Assistenza Amministrattiva Reċiproka fi Kwistjonijiet Doganali
dwar rikonoxximent reċiproku tal-programmi ta’ operaturi ekonomiċi awtorizzati fl-Unjoni Ewropea u fil-Ġappun
(2010/637/UE)
IL-KUMITAT KONĠUNT TAL-KOOPERAZZJONI DOGANALI (minn issa ’l quddiem imsejjaħ “KKKD”),
Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Ġappun dwar Kooperazzjoni u Assistenza Amministrattiva Reċiproka fi Kwistjonijiet Doganali, iffirmat fit-30 ta’ Jannar 2008 (minn issa ’l quddiem imsejjaħ “ FKDARAKD”), u b’mod partikolari l-Artikolu 21 tiegħu;
Wara li kkunsidra li evalwazzjoni konġunta kkonfermat li l-programmi tal-Operaturi Ekonomiċi Awtorizzati (minn issa ’l quddiem imsejjħa “OEA”) fl-Unjoni Ewropea (minn issa ’l quddiem imsejħa “l-Unjoni”) u fil-Ġappun huma inizjattivi ta’ sigurtà u konformità u żvelat li l-istandards ta’ kwalifika tagħhom għas-sħubija huma kumpatibbli u jwasslu għal riżultati ekwivalenti;
Wara li kkunsidra li l-programmi japplikaw standards li huma rikonoxxuti fuq livell internazzjonali sostnuti mill-Qafas ta’ Standards SAFE adottat mill-Organizzazzjoni Dinjija Doganali (minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Qafas SAFE”);
Filwaqt li jirrikonoxxi n-natura speċjali tal-leġiżlazzjoni u l-amministrazzjoni ta’ kull programm;
Wara li kkunsidra li, skont il-FKDARAKD, l-Unjoni u l-Ġappun għandhom jiżviluppaw kooperazzjoni doganali sabiex jiffaċilitaw in-negozju u li s-sigurtà u sikurezza doganali u l-faċilitazzjoni tal-katina ta’ provvista kummerċjali internazzjonali, jistgħu jkunu mtejba b’mod sinifikanti mir-rikonoxximent reċiproku tal-programmi OEA tagħhom; kif ukoll
Wara li kkunsidra li rikonoxximent reċiproku jippermetti lill-Unjoni u lill-Ġappun sabiex jipprovdu benefiċċji li jaġevolaw lill-operaturi li investew fis-sigurtà tal-katina loġistika u ġew iċċertifikati mill-programmi OEA tagħhom,
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
I
Rikonoxximent Reċiproku u Responsabbiltà għall-Implimentazzjoni
1. |
Il-programmi tal-OEA tal-Unjoni u tal-Ġappun qegħdin hawnhekk jiġu rikonoxxuti reċiprokament li huma kumpatibbli u ekwivalenti u l-istatus rispettiv tal-OEA mogħti fiż-żewġ programmi huma aċċettati b’mod reċiproku. |
2. |
L-awtoritajiet doganali definiti fl-Artikolu 1(c) tal-FKDARAKD (minn issa ’l quddiem imsejħa “awtoritajiet doganali”) huma responsabbli għall-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni. |
3. |
il-programmi tal-OEA kkonċernati huma:
|
II
Il-kumpatibbiltà
1. |
L-awtoritajiet doganali jżommu konsistenza bejn il-programmi u jassiguraw li standards li huma applikati għal kull programm jibqgħu kumpatibbli fir-rigward tal-kwistjonijiet li ġejjin:
|
2. |
L-awtoritajiet doganali jassiguraw li l-programmi joperaw fi ħdan il-Qafas SAFE. |
III
Benefiċċji
1. |
Kull waħda mill-awtoritajiet doganali tipprovdi benefiċċji kumparabbli lill-operaturi ekonomiċi li għandhom status OEA taħt il-programm tal-awtorità doganali l-ieħor. Dawn jinkludu, b’mod partikolari:
|
2. |
Kull waħda mill-awtorità doganali tista’ ukoll tipprovdi aktar benefiċċji sabiex in-negozju jiġi ffaċilitat wara l-proċess ta’ reviżjoni msemmi fit-tieni paragrafu ta’ Parti V ta’ din id-Deċiżjoni. |
3. |
Kull waħda mill-awtoritajiet doganali żżomm l-awtorità li tissospendi l-benefiċċji pprovduti lill-membri tal-programm tal-awtorità doganali l-oħra taħt din id-Deċiżjoni. Sospensjoni ta’ benefiċċji bħal din minn awtorità doganali waħda tiġi trażmessa u mmotivata malajr kemm jista’ jkun lill-awtorità doganali l-oħra għall-konsultazzjoni. |
4. |
Kull awtorità doganali tirrapporta irregolaritajiet li jinvolvu operaturi ekonomiċi li għandhom status OEA taħt il-programm tal-awtorità doganali l-oħra lill-awtorità doganali l-oħra sabiex tassigura analiżi immedjata ta’ kemm huma xierqa l-benefiċċji u l-istatus mogħtija mill-awtorità doganali l-oħra. |
IV
Skambju ta’ Informazzjoni u Komunikazzjoni
1. |
L-awtoritajiet doganali jtejbu l-komunikazzjoni sabiex jimplimentaw din id-Deċiżjoni b’mod effettiv. Huma jiskambjaw informazzjoni u jiffavorixxu komunikazzjoni dwar il-programmi tagħhom b’mod partikolari billi:
|
2. |
Skambji ta’ informazzjoni jiġu kondotti skont il-FKDARAKD fil-format elettroniku. |
3. |
Informazzjoni u dejta relatata, notevolment dwar membri tal-programmi, jiġu skambjati b’manjiera sistematika permezz ta’ mezzi elettroniċi. |
4. |
Dettalji li għandhom jiġu skambjati dwar operaturi ekonomiċi awtorizzati mill-programmi OEA jinkludu:
|
5. |
L-awtoritajiet doganali jiggarantixxu protezzjoni tad-dejta skont l-FKDARAKD, b’mod partikolari l-Artikolu 16 tiegħu. |
6. |
Id-dejta skambjata hi użata strettament għar-raġunijiet ta’ implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni. |
V
Konsultazzjoni u Reviżjoni
1. |
Il-kwistjonijiet kollha relatati mal-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni għandhom jiġu solvuti permezz ta’ konsultazzjoni bejn l-awtoritajiet doganali fil-qafas tal-KKKD. |
2. |
Il-KKKD jirrevedi l-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni regolarment. Dan il-proċess ta’ reviżjoni jista’ jinkludi, b’mod partikolari:
|
3. |
Din id-Deċiżjoni tista’ tiġi mmodifikata permezz ta’ deċiżjoni tal-KKKD. |
VI
Rikonoxximenti Ġenerali
1. |
Din id-Deċiżjoni timplimenta d-dispożizzjonijiet eżistenti tal-FKDARAKD u ma tikkostitwixxix ftehim internazzjonali ġdid. |
2. |
L-attivitajiet ta’ kull awtorità doganali skont din id-Deċiżjoni jitwettqu f’konformità mal-liġijiet u regolamenti rispettivi tal-Unjoni u tal-Ġappun u l-ftehim internazzjonali applikabbli li huma parti minnhom. |
3. |
Il-kontenut ta’ din id-Deċiżjoni huma mingħajr ħsara lill-awtoritajiet doganali li jagħtu assistenza lil xulxin. |
VII
Bidu, Sospensjoni u Tmiem
1. |
Il-kooperazzjoni taħt din id-Deċiżjoni tibda fl-24 ta’ Ġunju 2010 |
2. |
Kull waħda mill-awtoritajiet doganali tista’ tissospendi l-kooperazzjoni taħt din id-Deċiżjoni f’kull ħin iżda għandha tipprovdi mill-anqas tletin (30) ġurnata ta’ avviż bil-miktub ta’ dan. |
3. |
Il-kooperazzjoni taħt din id-Deċiżjoni tista’ tiġi terminata permezz ta’ deċiżjoni tal-KKKD. |
Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Ġunju 2010.
F’isem il-Kumitat Konġunt tal-Kooperazzjoni Doganali UE-Ġappun
Direttur-Ġenerali DG Tassazzjoni u Għaqda Doganali tal-Kummissjoni Ewropea
Walter DEFFAA
Direttur-Ġenerali tal-Uffiċċju Dogonali u Tariffarja Ministeru tal-Finanzi, il-Ġappun
Toshiyuki OHTO
(1) ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.
(2) ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.
(3) ĠU L 117, 4.5.2005, p. 13.
(4) ĠU L 360, 19.12.2006, p. 64.