|
6.10.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 263/14 |
DEĊIŻJONI Nru 5/2010 TAL-KUMITAT TAL-AMBAXXATURI AKP-UE
tas-26 ta' Lulju 2010
li taħtar membru tal-Bord Eżekuttiv taċ-Ċentru Tekniku ta' Kooperazzjoni Agrikola u Rurali (ĊTA)
(2010/596/UE)
IL-KUMITAT TAL-AMBAXXATURI AKP-UE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta' Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (“l-AKP”) fuq naħa, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq in-naħa l-oħra, iffirmat f'Kotonù (Benin) fit-23 ta' Ġunju 2000 (1), kif rivedut bil-Ftehim (2) li jemenda l-imsemmi Ftehim ta' Sħubija AKP-KE, iffirmat fil-Lussemburgu fil-25 ta' Ġunju 2005, u b'mod partikolari l-Artikolu 3 (5) tal-Anness III tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Bid-Deċiżjoni tiegħu Nru 3/2008 tat-22 ta' Mejju 2008, il-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE ħatar il-membri tal-Bord Eżekuttiv taċ-Ċentru Tekniku ta’ Koperazzjoni Agrikola u Rurali (tliet membri tal-UE u tliet membri tal-AKP) għal mandat ta' ħames snin, soġġett għal reviżjoni wara sentejn u nofs għall-membri tal-AKP; |
|
(2) |
Sar battal post wara l-mewt ta' wieħed mill-membri tiegħu; |
|
(3) |
Għaldaqstant jeħtieġ li jinħatar membru ġdid tal-Bord Eżekuttiv, |
IDDEĊIEDA KIF GEJ:
Artikolu 1
Il-persuna li ġejja hija maħtura membru tal-Bord Eżekuttiv taċ-Ċentru Tekniku ta’ Koperazzjoni Agrikola u Rurali, minflok is-Sur Jean Fritz BOUTIN:
|
— |
Is-Sur Radjiskumar MOHAN (Surinam). |
Artikolu 2
Konsegwentement, u għall-bqija tal-mandat, jiġifieri sal-21 ta' Mejju 2013 - soġġett għal reviżjoni intermedja tal-mandat inizjali f'Novembru 2010 - il-Bord Eżekuttiv taċ-ĊTA huwa magħmul minn dawn il-membri kif ġej:
|
— |
Is-Sur Kahijoro KAHUURE (Namibja) |
|
— |
Is-Sur Radjiskumar MOHAN (Surinam) |
|
— |
Mr Wilson A. SONGA (Kenya) |
|
— |
Is-Sur Raul BRUNO DE SOUSA (Portugall) |
|
— |
Is-Sur Eric TOLLENS (Belġju) |
|
— |
Is-Sur Edwin Anthony VOS (Pajjiżi l-Baxxi) |
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Lulju 2010.
Għall-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE
Il-President
R. MAKONGO