11.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 145/17


DEĊIŻJONI Nru 3/2010 TAL-KUMITAT TAL-AMBAXXATURI AKP-UE

tad-19 ta' Mejju 2010

li taħtar lid-Direttur taċ-Ċentru għall-Iżvilupp tal-Intrapriżi (ĊŻI)

(2010/325/UE)

IL-KUMITAT TAL-AMBAXXATURI AKP-UE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija AKP-KE ffirmat f'Kotonù fit-23 ta' Ġunju 2000 (1), rivedut bil-ftehim li jemenda l-imsemmi Ftehim ta' Sħubija, iffirmat fil-Lussemburgu fil-25 ta' Ġunju 2005 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 2 (7) tal-Anness III tiegħu,

Billi:

(1)

il-mandat tad-Direttur preċedenti skada fit-28 ta' Frar 2010,

(2)

kumitat konġunt ta' selezzjoni, stabbilit miż-żewġ partijiet, ippropona, fi tmiem il-ħidma tiegħu, il-ħatra tas-Sur Jean-Erick ROMAGNE (Franza), fil-post ta' Direttur taċ-Ċentru għall-Iżvilupp tal-Intrapriżi,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu waħdieni

Mingħajr preġudizzju għad-deċiżjonijiet ulterjuri li l-Kumitat jista' jintalab jieħu fil-qafas tal-kompiti tiegħu, is-Sur Jean-Erick ROMAGNE huwa maħtur Direttur taċ-Ċentru għall-Iżvilupp tal-Intrapriżi, b'effett mis-6 ta' Settembru 2010 sat-28 ta' Frar 2015.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Mejju 2010.

Għall-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE

Il-President

René MAKONGO


(1)  ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3.

(2)  ĠU L 209, 11.8.2005, p. 27.