11.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 145/16


DEĊIŻJONI Nru 2/2010 TAL-KUMITAT TAL-AMBAXXATURI AKP-UE

tad-19 ta’ Marzu 2010

dwar il-ħatra tad-Direttur taċ-Ċentru Tekniku ta’ Kooperazzjoni Agrikola u Rurali (ĊTA)

(2010/324/UE)

IL-KUMITAT TAL-AMBAXXATURI AKP-UE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Sħubija AKP-KE ffirmat, li ġie ffirmat f’Kotonù fit-23 ta’ Ġunju 2000 (1), kif rivedut mill-Ftehim li jemenda l-imsemmi Ftehim ta’ Sħubija, iffirmat fil-Lussemburgu fil-25 ta’ Ġunju 2005 (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 3 tal-Anness III tiegħu,

Billi:

(1)

il-mandat tad-Direttur preċedenti skada fit-28 ta’ Frar 2010;

(2)

fi tmiem il-proċedimenti tiegħu, kumitat konġunt ta’ selezzjoni, stabbilit miż-żewġ partijiet, ippropona l-ħatra tas-Sur Michael HAILU (Etjopja) bħala Direttur taċ-Ċentru Tekniku ta’ Kooperazzjoni Agrikola u Rurali,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu Uniku

Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe deċiżjoni sussegwenti li l-Kumitat jista’ jkollu jieħu skont il-prerogattivi tiegħu, is-Sur Michael HAILU (Etjopja) huwa b’dan maħtur Direttur taċ-Ċentru Tekniku ta’ Kooperazzjoni Agrikola u Rurali, b’effett mill-24 ta’ Mejju 2010 sat-28 ta’ Frar 2015.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Marzu 2010.

Għall-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE

Il-President

Carlos BASTARRECHE SAGÜÉS


(1)  ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3.

(2)  ĠU L 209, 11.8.2005, p. 27.