4.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 111/31 |
RAKKOMANDAZZJONI Nru 1/2009 TAL-KUNSILL TA’ KOOPERAZZJONI UE-UKRAINA
tat-23 ta’ Novembru 2009
dwar l-implimentazzjoni tal-Aġenda ta’ Assoċjazzjoni UE-Ukraina
(2010/255/KE)
IL-KUNSILL TA’ KOOPERAZZJONI UE-UKRAINA,
Wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, u l-Ukraina, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 85 tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 85 tal-Ftehim jagħti lill-Kunsill ta’ Kooperazzjoni s-setgħa li jagħmel rakkomandazzjonijiet xierqa permezz ta’ ftehim bejn iż-żewġ Partijiet. |
(2) |
Skont l-Artikolu 102 tal-Ftehim, il-Partijiet għandhom jieħdu kwalunkwe miżura ġenerali jew speċifika meħtieġa biex jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont il-Ftehim u għandhom jaraw li l-objettivi stabbiliti fih jinkisbu. |
(3) |
Attwalment, il-Partijiet qegħdin jinnegozjaw Ftehim ta’ Assoċjazzjoni, li jinkludi Żona ta’ Kummerċ Ħieles profonda u komprensiva. |
(4) |
Il-Partijiet ftiehmu dwar it-test tal-Aġenda ta’ Assoċjazzjoni UE-Ukraina. |
(5) |
L-Aġenda ta’ Assoċjazzjoni UE-Ukraina ser tissostitwixxi l-Pjan ta’ Azzjoni attwali UE-Ukraina u ser tħejji u tiffaċilita d-dħul fis-seħħ bikri tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni futur UE-Ukraina permezz tal-elaborazzjoni ta’ ftehim dwar passi konkreti li ser jipprovdi gwida prattika għal dawn it-tħejjijiet u l-implimentazzjoni. |
(6) |
L-Aġenda ta’ Assoċjazzjoni għandha l-għan doppju li tistabbilixxi passi konkreti fit-tħejjija tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni, u li tipprovdi qafas usa’ għall-għan ġenerali li jinkisbu assoċjazzjoni politika u aktar integrazzjoni ekonomika tal-Ukraina mal-Unjoni Ewropea. |
(7) |
L-Aġenda ta’ Assoċjazzjoni hija dokument operattiv, li ser tiġi riveduta kif meħtieġ abbażi tar- reviżjonijiet tal-progress imsemmija fit-Taqsima 3.9 tal-Aġenda ta’ Assoċjazzjoni u biex ikunu jistgħu jinkisbu l-objettivi ġenerali tagħha, |
ADOTTA R-RAKKOMANDAZZJONI LI ĠEJJA:
Artikolu Uniku
Il-Kunsill ta’ Kooperazzjoni jirrakkomanda li l-Partijiet jimplimentaw l-Aġenda ta’ Assoċjazzjoni UE-Ukraina kif tinsab fid-dokument UE-UA 1056/2/09 REV 2, safejn din l-implimentazzjoni tiġi diretta lejn it-tħejjijiet għall-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni futur UE-Ukraina u l-implimentazzjoni tiegħu.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Novembru 2009.
Għall-Kunsill ta’ Kooperazzjoni
Il-Kap tad-Delegazzjoni tal-UE
C. BILDT
Il-Kap tad-Delegazzjoni Ukraina
Y. TYMOSHENKO