3.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 58/82


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 124/2010

tal-10 ta’ Novembru 2010

li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ‘l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XX tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 93/2010 tat-2 ta’ Lulju 2010 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1205/2008 tat-3 ta’ Diċembru 2008 li jimplimenta d-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-metadejta (2), kif korrett mill-ĠU L 328, 15.12.2009, p. 83, għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/442/KE tal-5 ta’ Ġunju 2009 li timplimenta d-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-monitoraġġ u mar-rappurtar (3), kif korretta mill-ĠU L 322, 9.12.2009, p. 40, għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-punti li ġejjin għandhom jiddaħħlu wara l-punt lj (id-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness XX tal-Ftehim:

“1ja.

32008 R 1205: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1205/2008 tat-3 ta’ Diċembru 2008 li jimplimenta d-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-metadejta (ĠU L 326, 4.12.2008, p. 12), kif korrett mill-ĠU L 328, 15.12.2009, p. 83.

1jb.

32009 D 0442: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/442/KE tal-5 ta’ Ġunju 2009 li timplimenta d-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-monitoraġġ u mar-rappurtar (ĠU L 148, 11.6.2009, p. 18), kif korretta mill-ĠU L 322, 9.12.2009, p. 40.”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (KE) Nru 1205/2008, kif korrett mill-ĠU L 328, 15.12.2009, p. 83, u tad-Deċiżjoni 2009/442/KE, kif korretta mill-ĠU L 322, 9.12.2009, p. 40, fil-lingwa Islandiża u f’dik Norveġiża, li għandhom ikunu ppubblikati fis-Suppliment ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-11 ta’ Novembru 2010, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*), jew fil-jum tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 55/2010 tat-30 ta’ April 2010 (4), skont liema minn dawn tkun l-aktar reċenti.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Novembru 2010.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Stefán Haukur JÓHANNESSON


(1)  ĠU L 277, 21.10.2010, p. 47.

(2)  ĠU L 326, 4.12.2008, p. 12.

(3)  ĠU L 148, 11.6.2009, p. 18.

(*)  Ir-rekwiżiti kostituzzjonali huma indikati.

(4)  ĠU L 181, 15.7.2010, p. 23.