3.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 58/79


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 121/2010

tal-10 ta’ Novembru 2010

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ‘l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XIII tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 108/2010 tal-1 ta’ Ottubru 2010 (1).

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/187/UE tal-25 ta’ Marzu 2010 li tawtorizza lill-Istati Membri jadottaw ċerti derogi skont id-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trasport intern ta’ oġġetti perikolużi (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej għandu jiżdied fil-punt 13c (id-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness XIII tal-Ftehim:

“—

32010 D 0187: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/187/UE tal-25 ta’ Marzu 2010 (ĠU L 83, 30.3.2010, p. 24).”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjoni 2010/187/UE fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-11 ta’ Novembru 2010, sakemm in-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Novembru 2010.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Stefán Haukur JÓHANNESSON


(1)  ĠU L 332, 16.12.2010, p. 58.

(2)  ĠU L 83, 30.3.2010, p. 24.

(*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.