|
3.3.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 58/73 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 116/2010
tal-10 ta’ Novembru 2010
li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim taż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ‘l quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness I tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 81/2010 tat-2 ta’ Lulju 2010 (1). |
|
(2) |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/141/KE tat-23 ta’ Novembru 2009 li temenda l-Anness I tad-Direttiva 2002/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-livelli massimi tal-arseniku, it-teobromina, id-Datura sp., ir-Ricinus communis L., il-Croton tiglium L. u l-Abrus precatorius L (2). għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim. |
|
(3) |
Din id-Deċiżjoni m’għandhiex tapplika għal-Liechtenstein, |
IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:
Artikolu 1
L-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-punt 33 (id-Direttiva 2002/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu II tal-Anness I mal-Ftehim:
|
‘— |
32009 L 0141: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/141/KE tat-23 ta' Novembru 2009 (ĠU L 308, 24.11.2009, p. 20).’ |
Artikolu 2
It-testi tad-Direttiva 2009/141/KE fil-lingwa Islandiża u f’dik Norveġiża, li għandhom ikunu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom jitqiesu li huma awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-11 ta’ Novembru 2010, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Novembru 2010.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Stefán Haukur JÓHANNESSON
(1) ĠU L 277, 21.10.2010, p. 34.
(2) ĠU L 308, 24.11.2009, p. 20.
(*1) L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.