3.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 58/69


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 115/2010

tal-10 ta’ Novembru 2010

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 60/2010 tal-11 ta’ Ġunju 2010 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 180/2008 tat-28 ta’ Frar 2008 li jikkonċerna l-laboratorju ta’ referenza tal-Komunità għall-mard tal-ekwini għajr għall-marda Afrikana taż-żwiemel u li jemenda l-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 616/2009 tat-13 ta’ Lulju 2009 li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE dwar l-approvazzjoni ta’ kompartimenti għat-tjur u ta’ kompartimenti għal għasafar maqbuda oħrajn fir-rigward tal-influwenza avjarja u miżuri ta’ bijosikurezza preventivi addizzjonali f’kompartimenti (3) simili għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(4)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 789/2009 tat-28 ta’ Awwissu 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1266/2007 fir-rigward tal-ħarsien kontra attakki minn vetturi u r-rekwiżiti minimi għall-programmi ta’ monitoraġġ u sorveljanza tal-bluetongue (4) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(5)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1156/2009 tas-27 ta’ Novembru 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1266/2007 fir-rigward tal-kondizzjonijiet għall-eżenzjoni ta’ ċerti annimali ta’ speċijiet suxxettibbli mill-projbizzjoni tal-ħruġ stipulata fid-Direttiva tal-Kunsill 2000/75/KE (5) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(6)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/119/KE tat-18 ta’ Diċembru 2008 li tistabbilixxi l-istandards minimi għall-protezzjoni tal-għoġġiela (6) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(7)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2009/157/KE tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar annimali tal-ispeċijiet bovini ta’ razza pura għat-tnissil (7) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(8)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/437/KE tat-8 ta’ Ġunju 2009 li temenda d-Deċiżjoni 2007/268/KE dwar l-implimentazzjoni ta’ programmi ta’ sorveljanza għall-influwenza avjarja fit-tjur u fl-għasafar selvaġġi li għandha titwettaq fl-Istati Membri (8) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(9)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/600/KE tal-5 ta’ Awwissu 2009 li temenda d-Deċiżjoni 2003/467/KE fir-rigward tad-dikjarazzjoni li ċerti Stati Membri u reġjuni tagħhom huma uffiċjalment ħielsa mill-bruċellosi bovina (9) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim

(10)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/601/KE tal-5 ta’ Awwissu 2009 li temenda l-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/233/KE fir-rigward tal-entrati għall-Ġermanja fil-lista ta’ laboratorji awtorizzati li jiċċekkjaw l-effettività tal-vaċċinazzjoni kontra l-idrofobija f’ċerti karnivori domestiċi (10) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(11)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/621/KE tal-20 ta’ Awwissu 2009 li temenda d-Deċiżjoni 2008/185/KE fir-rigward tal-inklużjoni tal-Irlanda ta’ Fuq fil-lista ta’ reġjuni fejn hemm stabbilit programm approvat ta’ kontroll nazzjonali għall-marda Aujeszky (11) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(12)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/761/KE tal-15 ta’ Ottubru 2009 li temenda d-Deċiżjoni 2003/467/KE fir-rigward tad-dikjarazzjoni li l-Iskozja hi uffiċjalment ħielsa mit-tuberkolosi bovina (12) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(13)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/779/KE tat-22 ta’ Ottubru 2009 li temenda l-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/233/KE fir-rigward tad-daħliet għad-Danimarka fil-lista ta’ laboratorji awtorizzati biex jiċċekkjaw l-effettività tal-vaċċinazzjoni kontra l-idrofobija f’ċerti karnivori domestiċi (13) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(14)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/869/KE tas-27 ta’ Novembru 2009 li temenda l-Annessi XI, XII, XV u XVI tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/85/KE fir-rigward tal-lista taal-laboratorji awtorizzati jimmaniġġjaw il-vajrus ħaj tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer u l-istandards minimi ta’ sigurtà applikabbli għalihom (14) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(15)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/976/KE tal-15 ta’ Diċembru 2009 li temenda l-Anness D tad-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE fir-rigward ta’ testijiet dijanjostiċi għal-lewkożi enzootika bovina (15) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(16)

Id-Direttiva 2008/119/KE tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/629/KE (16) li hi inkorporata fil-Ftehim u għalhekk għandha titħassar skont il-Ftehim,

(17)

Id-Direttiva 2009/157/KE tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 77/504/KE (17) li hi inkorporata fil-Ftehim u għalhekk għandha titħassar skont il-Ftehim,

(18)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni rigward l-annimali ħajjin għajr il-ħut u l-annimali tal-akwakultura. Il-leġiżlazzjoni li tikkonċerna dawn il-kwistjonijiet ma tapplikax għall-Islanda, kif speċifikat fil-paragrafu 2 tal-Parti Introduttorja tal-Kapitolu I tal-Anness I ta’ mal-Ftehim.

(19)

Din id-Deċiżjoni m’għandhiex tapplika għall-Islanda u għal-Liechtenstein.

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif speċifikat fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti (KE) Nru 180/2008, (KE) Nru 616/2009, (KE) Nru 789/2009 u (KE) Nru 1156/2009, Direttivi 2008/119/KE u 2009/157/KE u d-Deċiżjonijiet 2009/437/KE, 2009/600/KE, 2009/601/KE, 2009/621/KE, 2009/761/KE, 2009/779/KE, 2009/869/KE u 2009/976/UE fil-lingwa Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment għaż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-11 ta’ Novembru 2010, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ miegħu.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Novembru 2010.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Stefán Haukur JÓHANNESSON


(1)   ĠU L 244, 16.9.2010, p. 3.

(2)   ĠU L 56, 29.2.2008, p. 4.

(3)   ĠU L 181, 14.7.2009, p. 16.

(4)   ĠU L 227, 29.8.2009, p. 3.

(5)   ĠU L 313, 28.11.2009, p. 59.

(6)   ĠU L 10, 15.1.2009, p. 7.

(7)   ĠU L 323, 10.12.2009, p. 1.

(8)   ĠU L 145, 10.6.2009, p. 45.

(9)   ĠU L 204, 6.8.2009, p. 39.

(10)   ĠU L 204, 6.8.2009, p. 43.

(11)   ĠU L 217, 21.8.2009, p. 5.

(12)   ĠU L 271, 16.10.2009, p. 34.

(13)   ĠU L 278, 23.10.2009, p. 58.

(14)   ĠU L 315, 2.12.2009, p. 8.

(15)   ĠU L 336, 18.12.2009, p. 36.

(16)   ĠU L 340, 11.12.1991, p. 28.

(17)   ĠU L 206, 12.8.1977, p. 8.

(*1)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


ANNESS

Il-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-punt 11 (ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) fil-Parti 1.1:

“—

32008 R 0180: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 180/2008 tat-28 ta’ Frar 2008 (ĠU L 56, 29.2.2008, p. 4).”

2.

It-test tal-punt 1 (id-Direttiva tal-Kunsill 77/504/KEE) fil-Parti 2.1 għandu jitħassar.

3.

Il-punt li ġej għandu jiġi mdaħħal wara punt 1 (Direttiva tal-Kunsill 77/504/KEE, imħassar) fil-Parti 2.1:

“1a.

32009 L 0157: Id-Direttiva tal-Kunsill 2009/157/KE tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar annimali tal-ispeċijiet bovini ta’ razza pura għat-tnissil (ĠU L 323, 10.12.2009, p. 1).

Dan l-att m’għandux japplika għall-Islanda.”

4.

L-inċiż li ġej għandhu jiżdied fil-punt 1a (id-Direttiva tal-Kunsill 2003/85/KE) fil-Parti 3.1:

“—

32009 D 0869: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/869/KE tas-27 ta' Novembru 2009 (ĠU L 315, 2.12.2009, p. 8).”

5.

Dan li ġej għandu jiżdied mal-punt 38 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/268/KE) fil-Parti 3.2:

“, kif emendat permezz ta':

32009 D 0437: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/437/KE tat-8 ta' Ġunju 2009 (ĠU L 145, 10.6.2009, p. 45).”

6.

L-inċiżi li ġejjin għandhom jiżdiedu mal-punt 40 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1266/2007) fil-Parti 3.2:

“—

32009 R 0789: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 789/2009 tat-28 ta' Awwissu 2009 (ĠU L 227, 29.8.2009, p. 3),

32009 R 1156: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1156/2009 tas-27 ta' Novembru 2009 (ĠU L 313, 28.11.2009, p. 59).”

7.

Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 42 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/896/KE) fil-Parti 3.2;

“43.

32009 R 0616: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 616/2009 tat-13 ta’ Lulju 2009 li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE fir-rigward tal-approvazzjoni ta’ kompartimenti għat-tjur u ta’ kompartimenti għal għasafar maqbuda oħrajn fir-rigward tal-influwenza avjarja u miżuri ta’ bijosikurezza preventivi addizzjonali f’kompartimenti simili (ĠU L 181, 14.7.2009, p. 16).

Dan l-att m’għandux japplika għall-Islanda.”

8.

L-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-punt 1 (id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE) fil-Parti 4.1:

“—

32009 D 0976: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/976/UE tal-15 ta' Diċembru 2009 (ĠU L 336, 18.12.2009, p. 36).”

9.

L-inċiżi li ġejjin għandhom jiżdiedu mal-punt 70 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/467/KE) fil-Parti 4.2:

“—

32009 D 0600: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/600/KE tal-5 ta’ Awwissu 2009 (ĠU L 204, 6.8.2009, p. 39),

32009 D 0761: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/761/KE tal-15 ta' Ottubru 2009 (ĠU L 271, 16.10.2009, p. 34).”

10.

L-inċiżi li ġejjin għandhom jiżdiedu mal-punt 76 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/233/KE) fil-Parti 4.2:

“—

32009 D 0601: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/601/KE tal-5 ta’ Awwissu 2009 (ĠU L 204, 6.8.2009, p. 43),

32009 D 0779: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/779/KE tat-22 ta' Ottubru 2009 (ĠU L 278, 23.10.2009, p. 58).”

11.

L-inċiż li ġej għandu jiżdied fil-punt 84 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/185/KE) fil-Parti 4.2:

“—

32009 D 0621: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/621/KE tal-20 ta' Awwissu 2009 (ĠU L 217, 21.8.2009, p. 5).”

12.

Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 89 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/177/KE) fil-Parti 4.2;

“90.

32008 R 0180: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 180/2008 tat-28 ta’ Frar 2008 li jikkonċerna l-laboratorju ta’ referenza tal-Komunità għall-mard tal-ekwini għajr għall-marda Afrikana taż-żwiemel u li jemenda l-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 56, 29.2.2008, p. 4).

Dan l-att m’għandux japplika għall-Islanda.”

13.

It-test tal-punt 4 (id-Direttiva tal-Kunsill 91/629/KEE) fil-Parti 9.1 għandu jitħassar.

14.

Dan il-punt għandu jiddaħħal wara l-punt 11 (id-Direttiva tal-Kunsill 2008/120/KE) fil-Parti 9.1:

“12.

32008 L 0119: Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/119/KE tat-18 ta’ Diċembru 2008 li tistabbilixxi l-istandards minimi għall-protezzjoni tal-għoġġiela (ĠU L 10, 15.1.2009, p. 7).

Dan l-att m'għandux japplika għall-Islanda.”