16.12.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 332/52 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 102/2010
tal-1 ta' Ottubru 2010
li temenda l-Anness X (Servizzi inġenerali) tal-Ftehim taż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ‘l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness X tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 86/2010 tat-2 ta' Lulju 2010 (1). |
(2) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/767/KE tas-16 ta' Ottubru 2009 li tistipula miżuri li jiffaċilitaw l-użu ta' proċeduri b’mezzi elettroniċi permezz tal-“punti ta’ kuntatt waħdieni” skont id-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-servizzi fis-suq intern (2), kif korretta mill-ĠU L 299, 14.11.2009, p. 18, għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 1a (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/739/KE) tal-Anness X tal-Ftehim:
“1b. |
32009 D 0767: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/767/KE tas-16 ta' Ottubru 2009 li tistipula miżuri li jiffaċilitaw l-użu ta' proċeduri b’mezzi elettroniċi permezz tal-‘punti ta’ kuntatt waħdieni’ skont id-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-servizzi fis-suq intern (ĠU L 274, 20.10.2009, p. 36), kif korretta mill-ĠU L 299, 14.11.2009, p. 18.” |
Artikolu 2
It-testi tad-Deċiżjoni 2009/767/KE, kif korretti mill-ĠU L 299, 14.11.2009, p. 18, fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar l-1 ta' Novembru 2010, kemm-il darba ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Ottubru 2010.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Stefán Haukur JÓHANNESSON
(1) ĠU L 277, 21.10.2010, p. 40.
(2) ĠU L 274, 20.10.2009, p. 36.
(*) Ir-rekwiżiti kostituzzjonali huma indikati.