16.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 332/48


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 98/2010

tal-1 ta’ Ottubru 2010

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ‘l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 43/2010 tat-30 ta’ April 2010 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 637/2009 tat-22 ta’ Lulju 2009 li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni dwar kemm ikunu xierq l-ismijiet mogħtija lil ċerti varjetajiet ta’ speċji ta’ pjanti agrikoli u speċji ta’ ħaxix tal-ikel (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 637/2009 jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 930/2000 (3) li hu inkluż fil-Ftehim u li konsegwentement għandu jitħassar skont il-Ftehim.

(4)

Din id-Deċiżjoni m’għandhiex tapplika għal-Liechtenstein,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

It-test tal-punt 18 (Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 930/2000) tal-Parti 2 tal-Kapitolu III tal-Anness I tal-Ftehim għandu jinbidel b’dan li ġej:

32009 R 0637: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 637/2009 tat-22 ta’ Lulju 2009 li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni dwar kemm ikunu xierqa l-ismijiet mogħtija lil ċerti varjetajiet ta’ speċji ta’ pjanti agrikoli u speċji ta’ ħaxix tal-ikel (ĠU L 191, 23.7.2009, p. 10).

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-iskopijiet tal-Ftehim preżenti, jinqraw bl-addattazzjoni li ġejja:

Referenzi għal atti oħra fir-Regolament għandhom ikunu kkunsidrati bħala rilevanti safejn u fil-forma li dawk l-atti huma inkorporati fil-Ftehim.”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (KE) Nru 637/2009, fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Novembru 2010, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Ottubru 2010.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Stefán Haukur JÓHANNESSON


(1)  ĠU L 181, 15.7.2010, p. 11.

(2)  ĠU L 191, 23.7.2009, p. 10.

(3)  ĠU L 108, 5.5.2000, p. 3.

(*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.