21.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 277/53


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 96/2010

tat-2 ta’ Lulju 2010

li temenda l-Protokoll 31 għall-Ftehim taż-ŻEE dwar il-kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi barra mill-erba’ libertajiet

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikoli 86 u 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Protokoll 31 għall-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 93/2009 tat-3 ta’ Lulju 2009 (1).

(2)

Huwa xieraq li l-kooperazzjoni bejn il-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim dwar azzjonijiiet tal-Unjoni ffinanzjati mill-Baġit Ġenerali tal-Unjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni, l-operazzjoni u l-iżvilupp tas-suq intern, għandha titkompla.

(3)

Il-Protokoll 31 għall-Ftehim għandu għalhekk jiġi emendat sabiex jippermetti li din il-kooperazzjoni estiża tkompli wara l-31 ta’ Diċembru 2009,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 7 tal-Protokoll 31 għall-Ftehim għandu b’dan jiġi emendat kif ġej:

1.

Il-kliem “is-snin 2004, 2005, 2006, 2007, 2008 u 2009” fil-paragrafu 6 huma sostitwiti bil-kliem “is-snin 2004, 2005, 2006, 2007, 2008, 2009 u 2010”.

2.

Il-kliem “is-snin 2006, 2007, 2008 u 2009” fil-paragrafu 7 huma sostitwiti bil-kliem “is-snin 2006, 2007, 2008, 2009 u 2010”.

3.

Il-kliem “is-snin 2008 u 2009” fil-paragrafu 8 huma sostitwiti bil-kliem “is-snin 2008, 2009 u 2010”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-aħħar notifika lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim (*1).

Għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2010.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Lulju 2010.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Stefán Haukur JÓHANNESSON


(1)   ĠU L 277, 22.10.2009, p. 49.

(*1)  Mhuma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.