21.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 277/50


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 94/2010

tat-2 ta’ Lulju 2010

li temenda l-Anness XXII (il-liġi tal-Kumpaniji) għall-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ‘l quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XXII tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 56/2010 tat-30 ta’ April 2010 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1136/2009 tal-25 ta’ Novembru 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-Istandard Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) 1 (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim,

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1142/2009 tas-26 ta’ Novembru 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-Interpretazzjoni 17 tal-Kumitat tal-Interpretazzjoni Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRIC) (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(4)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1164/2009 tas-27 ta’ Novembru 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-Interpretazzjoni 18 tal-Kumitat tal-Interpretazzjoni Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRIC) (4) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(5)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1165/2009 tas-27 ta’ Novembru 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-Istandard Internazzjonali ta’ Rappurtar Finanzjarju (IFRS) 4 u IFRS 7 (5) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(6)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1171/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-Interpretazzjoni 9 tal-Kumitat tal-Interpretazzjoni Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRIC) u l-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS) 39 (6) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-inċiżi li ġejjin għandhom jiżdiedu mal-punt 10ba (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2008) tal-Anness XXII mal-Ftehim:

“—

32009 R 1136: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1136/2009 tal-25 ta’ Novembru 2009 (ĠU L 311, 26.11.2009, p. 6),

32009 R 1142: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1142/2009 tas-26 ta’ Novembru 2009 (ĠU L 312, 27.11.2009, p. 8),

32009 R 1164: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1164/2009 tas-27 ta’ Novembru 2009 (ĠU L 314, 1.12.2009, p. 15),

32009 R 1165: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1165/2009 tas-27 ta’ Novembru 2009 (ĠU L 314, 1.12.2009, p. 21),

32009 R 1171: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1171/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 (ĠU L 314, 1.12.2009, p. 43).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti tal-Kummisjoni (KE) Nru 1136/2009, (KE) Nru 1142/2009, (KE) Nru 1164/2009, (KE) Nru 1165/2009 u (KE) Nru 1171/2001, bil-lingwa Islandiża u Norveġiża, li jiġu pubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-3 ta’ Lulju 2010, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Lulju 2010.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Stefán Haukur JÓHANNESSON


(1)  ĠU L 181, 15.7.2010, p. 24.

(2)  ĠU L 311, 26.11.2009, p. 6.

(3)  ĠU L 312, 27.11.2009, p. 8.

(4)  ĠU L 314, 1.12.2009, p. 15.

(5)  ĠU L 314, 1.12.2009, p. 21.

(6)  ĠU L 314, 1.12.2009, p. 43.

(*)  Mhuma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.