21.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 277/47


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 93/2010

tat-2 ta’ Lulju 2010

li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ‘l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XX tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 55/2010 tat-30 ta’ April 2010 (1).

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/543/KE tat-13 ta’ Awwissu 2008 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-ekotikketta Komunitarja għaż-żebgħa u l-verniċ ta’ barra (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/544/KE tat-13 ta’ Awwissu 2008 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-ekotikketta Komunitarja għaż-żebgħa u l-verniċ ta’ barra (3) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(4)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/563/KE tad-9 ta’ Lulju 2009 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-ekotikketta Komunitarja lix-xedd tas-saqajn (4) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

(5)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/564/KE tad-9 ta’ Lulju 2009 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-ekotikketta Komunitarja lis-servizz ta’ post ta’ kampeġġ (5) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

(6)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/567/KE tad-9 ta’ Lulju 2009 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta Komunitarja lill-prodotti tessili (6) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

(7)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/568/KE tad-9 ta’ Lulju 2009 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għotja tal-Ekotikketta Komunitarja għall-karta assorbenti (7) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

(8)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/578/KE tad-9 ta’ Lulju 2009 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-ekotikketta Komunitarja lis-servizz ta’ akkomodazzjoni turistika (8) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

(9)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/598/KE tad-9 ta’ Lulju 2009 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta Komunitarja lis-saqqijiet tas-sodda (9) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(10)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/607/KE tad-9 ta’ Lulju 2009 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-ekotikketta Komunitarja lill-kisi iebes (10) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(11)

Id-Deċiżjoni 2009/544/KE tħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/739/KE (11), li hi inkorporata fil-Ftehim u li konsegwentement għandha titħassar skont il-Ftehim.

(12)

Id-Deċiżjoni 2009/563/KE tħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/231/KE (12), li hi inkorporata fil-Ftehim u li konsegwentement għandha titħassar skont il-Ftehim.

(13)

Id-Deċiżjoni 2009/564/KE tħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/338/KE (13), li hi inkorporata fil-Ftehim u li konsegwentement għandha titħassar skont il-Ftehim.

(14)

Id-Deċiżjoni 2009/567/KE tħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/178/KE (14), kif emendata mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/371/KE (15), li hi inkorporata fil-Ftehim u li konsegwentement għandha titħassar skont il-Ftehim.

(15)

Id-Deċiżjoni 2009/568/KE tħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/405/KE (16), li hi inkorporata fil-Ftehim u li konsegwentement għandha titħassar skont il-Ftehim.

(16)

Id-Deċiżjoni 2009/578/KE tħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/287/KE (17), li hi inkorporata fil-Ftehim u li konsegwentement għandha titħassar skont il-Ftehim.

(17)

Id-Deċiżjoni 2009/598/KE tħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/740/KE (18), li hi inkorporata fil-Ftehim u li konsegwentement għandha titħassar skont il-Ftehim.

(18)

Id-Deċiżjoni 2009/607/KE tħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/272/KE (19), li hi inkorporata fil-Ftehim u li konsegwentement għandha titħassar skont il-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-Anness XX tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 2y (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/506/KE):

“2z.

32009 D 0543: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/543/KE tat-13 ta’ Awwissu 2008 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-ekotikketta Komunitarja għaż-żebgħa u l-verniċ ta’ barra (ĠU L 181, 14.7.2009, p. 27).”

2.

It-test tal-punt 2v (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/739/KE) għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

32009 D 0544: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/544/KE tat-13 ta’ Awwissu 2008 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-ekotikketta Komunitarja għaż-żebgħa u l-verniċ ta’ barra (ĠU L 181, 14.7.2009, p. 39).”

3.

It-test tal-punt 2 g (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/231/KE) għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

32009 D 0563: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/563/KE tad-9 ta’ Lulju 2009 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-ekotikketta Komunitarja lix-xedd tas-saqajn (ĠU L 196, 28.7.2009, p. 27).”

4.

It-test tal-punt 2p (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/338/KE) għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

32009 D 0564: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/564/KE tad-9 ta’ Lulju 2009 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-ekotikketta Komunitarja lis-servizz ta’ post ta’ kampeġġ (ĠU L 196, 28.7.2009, p. 36).”

5.

It-test tal-punt 2f (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/371/KE) għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

32009 D 0567: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/567/KE tad-9 ta’ Lulju 2009 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta Komunitarja lill-prodotti tessili (ĠU L 197, 29.7.2009, p. 70).”

6.

It-test tal-punt 2i (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/405/KE) għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

32009 D 0568: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/568/KE tad-9 ta’ Lulju 2009 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għotja tal-Ekotikketta Komunitarja għall-karta assorbenti (ĠU L 197, 29.7.2009, p. 87).”

7.

It-test tal-punt 2 m (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/287/KE) għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

32009 D 0578: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/578/KE tal-9 ta’ Lulju 2009 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-ekotikketta Komunitarja lis-servizz ta’ akkomodazzjoni turistika (ĠU L 198, 30.7.2009, p. 57).”

8.

It-test tal-punt 2w (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/740/KE) għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

32009 D 0598: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/598/KE tad-9 ta’ Lulju 2009 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta Komunitarja lill-prodotti tessili (ĠU L 203, 5.8.2009, p. 65).”

9.

It-test tal-punt 2k (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/272/KE) għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

32009 D 0607: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/607/KE tad-9 ta’ Lulju 2009 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-ekotikketta Komunitarja lill-kisi iebes (ĠU L 208, 12.8.2009, p. 21).”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjonijiet 2009/543/KE, 2009/544/KE, 2009/563/KE, 2009/564/KE, 2009/567/KE, 2009/568/KE, 2009/578/KE, 2009/598/KE u 2009/607/KE, bil-lingwa Islandiża u Norveġiża, li jiġu pubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-3 ta’ Lulju 2010, kemm-il darba ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Lulju 2010.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Stefán Haukur JÓHANNESSON


(1)  ĠU L 181, 15.7.2010, p. 23.

(2)  ĠU L 181, 14.7.2009, p. 27.

(3)  ĠU L 181, 14.7.2009, p. 39.

(4)  ĠU L 196, 28.7.2009, p. 27.

(5)  ĠU L 196, 28.7.2009, p. 36.

(6)  ĠU L 197, 29.7.2009, p. 70.

(7)  ĠU L 197, 29.7.2009, p. 87.

(8)  ĠU L 198, 30.7.2009, p. 57.

(9)  ĠU L 203, 5.8.2009, p. 65.

(10)  ĠU L 208, 12.8.2009, p. 21.

(11)  ĠU L 236, 4.9.2002, p. 4.

(12)  ĠU L 77, 20.3.2002, p. 50.

(13)  ĠU L 108, 29.4.2005, p. 67.

(14)  ĠU L 57, 5.3.1999, p. 21.

(15)  ĠU L 133, 18.5.2002, p. 29.

(16)  ĠU L 142, 29.5.2001, p. 10.

(17)  ĠU L 102, 24.4.2003, p. 82.

(18)  ĠU L 236, 4.9.2002, p. 10.

(19)  ĠU L 94, 11.4.2002, p. 13.

(*)  Mhuma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.